Stqarrijiet għall-Istampa

M’hemm xejn aktar progressiv u liberali mill-ħarsien tal-ħajja umana – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa organizzata mill-Fondazzjoni LifeNetwork b'tifkira tal-vittmi tal-abort fid-dinja

  Il-Kappella tal-Lunzjata, limiti tar-Rabat

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Qegħdin illum inġeddu l-memorja ta’ bnedmin prezzjużi li l-ħajja tagħhom twaqqfitilhom  ħesrem waqt li kienu qed jiżviluppaw biex bħalna jkunu jistgħu jitwieldu. Dawn qatt ma kellhom l-opportunità biex juru lid-dinja min huma. Aħna nibku t-telfa ta’ dawn l-ulied, għax il-ħajja umana hi dejjem għażiża. It-telfa ta’ dawn hi telfa kbira għalina lkoll. Mhijiex telfa għal min jemmen fi Kristu biss, imma telfa għal kull min b’xi mod jew ieħor kapaċi japprezza l-ħajja umana mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha… Kompli aqra »

20,000 djarju b’risq id-Dar tal-Providenza

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għadd ta’ ħaddiema fil‑Kurja tal‑Arċisqof iddedikaw ġurnata tax‑xogħol tagħhom sabiex jgħinu lid‑Dar tal‑Providenza. Dan bħala parti mir‑responsabbiltà soċjali (corporate social responsibility) tal‑Kurja tal‑Arċisqof.

Għall‑attività pparteċipaw madwar 50 impjegat li ppreparaw madwar 20,000 djarju li se jitqassmu ma’ eluf ta’ oħrajn fid‑djar tal‑familji Maltin u Għawdxin sabiex jgħinu lid‑Dar bid‑donazzjoni tagħhom. L‑attività saret fl‑uffiċċji rispettivi u mhux fid‑Dar tal‑Providenza, minħabba r‑restrizzjonijiet tal‑COVID‑19.

Dr Rebecca Gatt, Maniġer tat‑Taqsima Riżorsi Umani tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, qalet li l‑pandemija COVID‑19 ma waqqfitx lill‑impjegati tal‑Kurja milli jgħinu lill‑persuni fil‑bżonn… Kompli aqra »

Stqarrija mis-Safeguarding Commission dwar saċerdot li tressaq il-Qorti

B’referenza għas-saċerdot li tressaq il-Qorti llum, 3 ta’ Settembru 2020, is-Safeguarding Commission ħadet l-azzjoni meħtieġa, mingħajr preġudizzju, biex jiġu mħarsa l-partijiet kollha u għaddiet dan il-każ lill-Pulizija għall-investigazzjoni. Il-Kummissjoni timxi mal-prinċipju li kull persuna hija innoċenti sakemm tinstab ħatja. 

Il-Kummissjoni tal-Knisja tħeġġeġ lil kull min jaf b’xi allegat każ ta’ abbuż biex jirrapporta direttament lill-Pulizija u biex jikkuntattja lis‑Safeguarding Commission fuq [email protected]Kompli aqra »

L-ewwel laqgħa tal-Konferenza Episkopali Maltija għall-Isqof Anton Teuma

Il-Konferenza Episkopali Maltija tat merħba lill-Isqof il‑ġdid tad‑Djoċesi ta’ Għawdex, Mons. Anton Teuma, waqt laqgħa li saret ilbieraħ it‑Tlieta, l‑1 ta’ Settembru 2020, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il-Furjana. Matul il‑laqgħa nqrat ittra tal‑Isqof Emeritu Mons. Mario Grech, li fiha fisser l‑apprezzament tiegħu għall‑ħidma fraterna fi ħdan il‑Konferenza. L‑Isqfijiet irringrazzjaw lill-Isqof Grech għall‑kontribut importanti u siewi li ta matul dawn il‑15‑il sena filwaqt li wegħduh it-talb tagħhom fil-missjoni ġdida
fil-Vatikan bħala Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Settembru 2020

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti

Matul ix‑xahar ta’ Settembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju…
  • Kompli aqra »

Is-Solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Mqaddsa Marija

Illum is-Sibt, 15 ta’ Awwissu 2020, Solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Din tibda fid-9.30 a.m. u tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Fil-11:30 a.m., Monsinjur Arċisqof se jżur is-Santwarju tal-Madonna tas-Saħħa fil-Knisja ta’ San Franġisk, ir-Rabat, biex jitlob ir-Rużarju u l-att ta’ konsagrazzjoni lill-Verġni Marija Omm tas-Saħħa. Dan it-talb se jiġi offrut b’mod partikolari għas-saħħa ta’ pajjiżna fiċ-ċirkustanzi preżenti u għal dawk kollha milquta mill-pandemija tal-COVID-19… Kompli aqra »

Inħarsu s-saħħa tagħna u tal-oħrajn

Il‑Knisja f’Malta tfakkar fl‑importanza li jiġu osservati l‑miżuri ta’ prevenzjoni ta’ tixrid tal‑imxija tal‑COVID‑19. Filwaqt li jibqgħu japplikaw il‑miżuri tad‑distanza soċjali, it‑teħid tat‑temperatura u miżuri oħra, kull min jattendi għall‑Quddies għandu r‑responsabbiltà li jilbes maskra jew visor. Dawn il‑miżuri huma konformi mal‑obbligi stipulati mill‑Awtoritajiet tas‑Saħħa dwar il‑postijiet ta’ qima, li ġew aġġornati l‑Ġimgħa 7 ta’ Awwissu 2020.

L‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex ifakkru fir‑responsabbiltà kbira li nsegwu bir‑reqqa l‑miżuri għall‑ħarsien tas‑saħħa u tal‑ħajja, kemm tagħna kif ukoll tal‑oħrajn… Kompli aqra »

Rapport Finanzjarju 2019: Surplus li għamel tajjeb għall-impatt negattiv tal-pandemija

Fl‑2019 l‑Arċidjoċesi ta’ Malta, li tiġbor fiha aktar minn 100 entità u timpjega aktar minn 1,300 persuna, irreġistrat surplus ta’ €3.5 miljun, imqabbel ma’ żbilanċ ta’ €137,000 is‑sena ta’ qabel. Dan ir‑riżultat huwa dovut l‑aktar għal dħul ta’ darba ta’ €2.4 miljun f’ishma li rċevew b’donazzjoni d‑Dar tal‑Providenza u Caritas Malta. 

Dan tħabbar mis‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi Michael Pace Ross waqt konferenza tal‑aħbarijiet fil‑Kurja tal‑Arċisqof, li qal li s‑surplus tas‑sena l‑oħra ma kienx biżżejjed biex jagħmel tajjeb għall‑isfidi finanzjarji kbar li ġabet magħha l‑pandemija tal‑COVID‑19 fuq l‑operat tal‑Knisja f’Malta, u għalhekk l‑Arċidjoċesi kellha tirrikorri għall‑flus imġemmgħin fil‑passat.  

Ir‑riżultati finanzjarji għall‑2019 juru li l‑Arċidjoċesi rreġistrat żieda fid‑dħul ta’ kważi €6 miljuni dovuti l‑iktar għal żieda fil‑qligħ kapitali fuq l‑investimenti u żieda fid‑dividend mill‑APS Bank… Kompli aqra »

Stqarrija mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex dwar il-pellegrinaġġi

Wara li nnutajna u segwejna l-indikazzjonijiet pubbliċi li qed jagħtuna l-awtoritajiet kompetenti tas-saħħa, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qed jiddeċiedu li ma jsirux aktar pellegrinaġġi matul is-sena 2020.

✠ Charles Jude Scicluna
    Arċisqof ta’ Malta
President tal-Konferenza Episkopali Maltija

✠ Mario Grech
    Amministratur Appostoliku ta’ Għawdex

✠ Joseph Galea-Curmi 
    Isqof Awżiljarju ta’ Malta

✠ Anton Teuma
    Isqof-elett ta’ Għawdex Kompli aqra »

Applikazzjonijet għal żewġ postijiet vakanti fl-Ewwel Sena Primarja fi skejjel tal-Knisja

Il‑Bord tad‑Dħul tal‑IskejjeI tal‑Knisja jinforma lill-pubbliku li għandu żewġ postijiet vakanti għas‑subien bi statement ta’ sapport fl‑Ewwel Sena Primarja.

L‑iskola ta’ St Francis f’Bormla għandha post għal tifel li għandu statement ta’ sapport ta’ LSE full-time one‑to‑one. L‑iskola ta’ St Benild f’Tas‑Sliema għandha post għal tifel li għandu statement ta’ sapport ta’ LSE shared. Għal dan il‑post vakanti, l‑iskola ta’
St Benild lesta tikkunsidra wkoll l‑applikazzjoni ta’ tifel bi statement ta’ sapport ta’ LSE fulltime one‑to‑one jekk ħuh ikun diġà rreġistrat fl‑iskola ta’ St Benild… Kompli aqra »