Stqarrijiet għall-Istampa

Ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Kurja u t-Tribunali

Il-ħaddiema jgawdu minn miżuri favur il-familja u benefiċċji oħra

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

(xellug) Is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, mal‑Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, Josef Vella

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u l‑UĦM Voice of the Workers iffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall‑ħaddiema tal‑Kurja tal‑Arċisqof u tat‑Tribunali Ekkleżjastiċi wara li dan ġie approvat mill‑Kunsill Rappreżentattiv Djoċesan ippresedut mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna.

Il‑ftehim, li jidħol fis‑seħħ fl‑1 ta’ Jannar 2021 u jkopri perjodu ta’ tliet snin, ġie ffirmat mis‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, u mill‑Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, Josef Vella… Kompli aqra »

L-ordinazzjoni ta’ għaxar saċerdoti u erba’ djakni ġodda

Il-Knisja f’Malta tifraħ u tirringrazzja lil Alla għall-ordinazzjoni ta’ għaxar saċerdoti u erba’ djakni. L-ordinazzjonijiet djakonali u presbiterali mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna ser isiru nhar is-Sibt 27 u t-Tnejn 29 ta’ Ġunju 2020, u ser jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

L-ordinazzjoni presbiterali ser issir nhar it-Tnejn, 29 ta’ Ġunju, Solennità ta’ San Pietru u San Pawl, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal il-Ġdid, fis-6:30 p.m… Kompli aqra »

Direttivi għaċ-ċelebrazzjoni tal-festi din is-sena

L-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tippubblika direttivi dwar iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi għal din is-sena. Dawn id-direttivi, li jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju u japplikaw biss għal din is-sena, jispjegaw b’mod dettaljat dak li kien tħabbar mill-Isqfijiet fiċ-ċirkulari tal-24 ta’ Marzu li għadda u li issa jista’ jiġi attwat. Dawn id-direttivi ġew ippubblikati fuq il-website tal-Arċidjoċesi ta’ Malta knisja.mt. 

Id-direttivi huma bbażati fuq tliet prinċipji: li l-poplu Nisrani jrodd ħajr lil Alla għal dak kollu li għamel magħna, speċjalment f’din is‑sena li kienet karatterizzata minn pandemija; li jissaħħaħ is-sens ta’ għaqda fil-komunitajiet Insara; u li tingħata importanza speċjali lill-prinċipju ta’ solidarjetà billi ssir enfasi aktar mis-soltu fuq l-għajnuna li l-Knisja toffri lill-persuni fil-bżonn… Kompli aqra »

Ippjanar intelliġenti u l-futur ta’ Ħal Ferħ

Ritratt: Google Earth

Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tixtieq turi s‑sodisfazzjon tagħha għad‑deċiżjoni tal‑Awtorità tal‑Ippjanar, li Villa Frere fi Gwardamanġa tingħata l‑ogħla grad ta’ protezzjoni. Daqstant ieħor ta’ min ifaħħar il‑ħruġ ta’ linji gwida bil‑ħsieb li tingħata attenzjoni akbar lill‑binjiet skedati u monumenti, meta jkunu qed jiġu proċessati applikazzjonijiet għal żvilupp qribhom. (Il‑KA tittama biss li l‑ispirtu ta’ dawn il‑linji gwida ma jkunx imminat mill‑membri tal‑kummissjonijiet li jiddeċiedu fuq l‑applikazzjonijiet ta’ żvilupp.) 

Jekk irridu li kull żvilupp li jsir ikun bil‑għaqal u sostenibbli, kif jidher li jixtieq il‑Ministru għall‑Ambjent, it‑Tibdil fil‑Klima u l‑Ippjanar Aaron Farrugia, ma jistax jonqos li jkollna ppjanar aktar intelliġenti milli kellna sa issa, u l‑KA tapprezza r‑rieda tajba ta’ dan il‑ministeru minn dan l-aspett… Kompli aqra »

L-Arċidjoċesi ta’ Malta tifraħ lill-Isqof-elett Mons. Anton Teuma

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi jifirħu lill‑Isqof‑elett Mons. Anton Teuma, għall‑ħatra tiegħu mill‑Papa Franġisku bħala Isqof tad‑Djoċesi ta’ Għawdex.

L‑Isqfijiet jirringrazzjaw lill‑Isqof Mario Grech għall‑ħidma tiegħu tul dawn l‑aħħar 14‑il sena bħala ragħaj tad‑Djoċesi ta’ Għawdex u kollaboratur ewlieni fil‑Konferenza Episkopali Maltija. L‑Arċisqof Scicluna u l‑Isqof Galea‑Curmi jwiegħdu t‑talb tagħhom u tal‑Knisja f’Malta għall‑Isqof‑elett u għad‑Djoċesi ta’ Għawdex.

✠ Charles J… Kompli aqra »

Tħejjija għall-Quddies fil-knejjes

Bħala parti mit-tħejjijiet għall-Quddies fil-knejjes bil-preżenza tal-pubbliku minn nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej (13 u 14 ta’ Ġunju), ġiet ippublikata lista tal-ħinijiet tal-Quddies li ser jigi ċċelebrat fil-parroċċi. Din il-lista hija aċċessibbli fuq il-website tal-Arċidjoċesi ta’ Malta knisja.mt u fiha wieħed isib ukoll in-numru ta’ postijiet disponibbli f’kull knisja skont il-miżuri ta’ distanza soċjali. Numru ta’ parroċċi qed jimplimentaw ukoll sistema ta’ booking online li ġiet żviluppata mill-Kurja tal-Arċisqof, u li permezz tagħha numru limitat ta’ postijiet fil-knisja jistgħu jiġu riżervati permezz ta’ din il-formola online… Kompli aqra »

Il-ġid komuni tal-ibħra

Azzjoni komuni ta’ Justice and Peace Europe 2020

Fil‑Jum Dinji għall‑Oċeani, illum 8 ta’ Ġunju 2020, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi (KĠP), bdiet ħidma biex tqajjem kuxjenza dwar l‑ibħra u xtajtiet Maltin, ħidma ispirata mill‑pjan ta’ azzjoni fuq livell Ewropew li nediet Justice and Peace Europe dwar il‑ġid komuni tal‑ibħra tagħna.

Il‑KĠP li kkontribwiet fit‑tfassil ta’ dan id‑dokument ta’ pjan ta’ azzjoni, eżaminat il‑proposti li fih, filwaqt li analizzat dawk l‑oqsma relevanti għal Malta… Kompli aqra »

L-Arċisqof iniedi d-dokument ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’

Proċess ta’ tiġdid tal-Knisja

  Il-Grotta ta' San Pawl, ir-Rabat Malta

Illum, il‑Ħadd 7 ta’ Ġunju 2020, Solennità tat‑Trinità Qaddisa, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna nieda d‑dokument ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’ – dokument li jagħti l‑viżjoni tal‑Knisja f’Malta u l‑proċess ta’ tiġdid tal‑Knisja ispirat minn din il‑viżjoni. Dan id‑dokument jindika wkoll impenji partikulari fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta għall‑erba’ snin li ġejjin fid‑dawl ta’ dan il‑proċess ta’ tiġdid.

It‑tnedija ta’ dan id‑dokument saret waqt Quddiesa li l‑Arċisqof Charles Scicluna ċċelebra fil‑Grotta ta’ San Pawl, ir‑Rabat, u li ġiet imxandra fuq il‑mezzi ta’ komunikazzjoni… Kompli aqra »

Avviż Ġenerali

Minn għada l-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju 2020, il‑Kurja tal‑Arċisqof, inkluż l‑Uffiċċju Żwiġijiet u l‑uffiċċju ċentrali tal‑Caritas, il-Furjana, u t‑Tribunali Ekkleżjastiċi fil‑Belt Valletta, se jerġgħu jiftħu għall‑pubbliku. Bħala miżura ta’ prekawzjoni li tħares is‑saħħa u s‑sigurtà tal‑pubbliku u tal‑impjegati, kull min għandu bżonn iżur dawn l-uffiċċji għandu jagħmel dan permezz ta’ appuntament, kif ukoll jilbes maskra/visor fil-ħin li jkun fil-bini.  

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ iċempel fuq 25906238 mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn id‑9am u l‑4pm, jew jibgħat email fuq [email protected]Kompli aqra »

Jibda mill-ġdid il-Quddies bil-preżenza tal-pubbliku

Id-dispensa tal-obbligu tal-Quddies tal-Ħadd tibqa’ fis-seħħ

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

(xellug) L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna u Dun Andre Zaffarese, Delegat għall-Ħajja u l-Ħidma fil-Parroċċi

Fi tmiem laqgħa tal‑Konferenza Episkopali Maltija, li saret illum, it‑Tlieta 2 ta’ Ġunju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħabbar li mis‑Sibt‑13 ta’ Ġunju filgħaxija u l‑Ħadd 14 ta’ Ġunju, festa ta’ Corpus Christi (Solennità tal‑Ġisem u d‑Demm Għażiż tal‑Mulej), ser jerġa’ jibda jiġi ċċelebrat il‑Quddies bil‑preżenza tal‑pubbliku, fil‑knejjes f’Malta u Għawdex… Kompli aqra »