Minn għada l-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju 2020, il‑Kurja tal‑Arċisqof, inkluż l‑Uffiċċju Żwiġijiet u l‑uffiċċju ċentrali tal‑Caritas, il-Furjana, u t‑Tribunali Ekkleżjastiċi fil‑Belt Valletta, se jerġgħu jiftħu għall‑pubbliku. Bħala miżura ta’ prekawzjoni li tħares is‑saħħa u s‑sigurtà tal‑pubbliku u tal‑impjegati, kull min għandu bżonn iżur dawn l-uffiċċji għandu jagħmel dan permezz ta’ appuntament, kif ukoll jilbes maskra/visor fil-ħin li jkun fil-bini.  

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ iċempel fuq 25906238 mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn id‑9am u l‑4pm, jew jibgħat email fuq [email protected].