Stqarrijiet għall-Istampa

Maniġer ġdid għad-Dar tal-Anzjani tal-Knisja ‘Dar Sagra Familja’

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta ħatret lil George Portanier bħala maniġerta’ Dar Sagra Familja fin‑Naxxar, b’effett mill‑1 ta’ Ġunju.

Is‑Sur Portanier għandu Masters fil‑Finanzi u Investimenti minn York University, MBA mill‑Università ta’ Edinburgh u Masters fl‑Ekonomija tal‑Liġi tal‑Kompetizzjoni mill‑Università ta’ Malta. Hu serva għal aktar minn 20 sena fuq il‑bord tad‑diretturi tal‑Bank of Valletta plc. Sal‑2002 kien ukoll membru tal‑bord ta’ Portanier Brothers Ltd, u kien imexxi l‑istess ażjenda tal‑familja… Kompli aqra »

Xandiriet taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Ġunju 2020

Matul ix‑xahar ta’ Ġunju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll kull nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30am mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Ruzarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30pm mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa…
  • Kompli aqra »

Stedina mill-Isqfijiet biex il-poplu jingħaqad fit-talb mal-Papa Franġisku

Il-grotta ta’ Lourdes fil-Ġnien tal-Vatikan (Ritratt: CNS photo/L’Osservatore Romano)

L‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex jistiednu lill‑Poplu Malti u Għawdxi biex fil‑Jum Solenni ta’ Għid il‑Ħamsin, għada, meta kellha sseħħ fostna iż‑Żjara tal‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku, jingħaqad fit‑talb għall‑Qdusija Tiegħu, għall‑Knisja, għal pajjiżna u għad‑dinja.

L‑Isqfijiet ser jingħaqdu mal‑Papa Franġisku fit‑talb: l‑Isqof Mario Grech mis‑Santwarju Nazzjonali tal‑Madonna Ta’ Pinu llejla fil‑5:30 p.m.; l‑Arċisqof Charles Scicluna mis‑Santwarju Nazzjonali tal‑Madonna tal‑Mellieħa għada fid‑9:30 a.m… Kompli aqra »

Il-kappillani b’għajnuna lill-istudenti għall-eżamijiet

54 parroċċa disponibbli għall-istudenti biex jagħmlu l-eżamijiet tagħhom

54 parroċċa f’Malta qed joffru għajnuna lill‑istudenti li ser ikunu qed jagħmlu l‑eżamijiet online fil‑ġranet li ġejjin, billi joffru spazji fejn l‑istudenti jkunu jistgħu jagħmlu l‑eżami. Numru ta’ kappillani qed joffru wkoll lill‑istudenti s‑servizz ta’ Wi‑Fi li għandhom fil‑bini tal‑parroċċa. L-ispazji offruti jinkludu uffiċċji, ċentri parrokkjali u klassijiet tad‑duttrina.

Din l‑inizjattiva mill‑kappillani għandha tgħin lill‑istudenti li minħabba diversi ċirkustanzi fid‑dar jew fil‑familja ma jkunx possibbli għalihom li joqogħdu għall‑eżami f’post għall‑kwiet… Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin, il‑Belt Valletta

(xellug) Il-Kappillan Patri Alex Cauchi, l-Arċisqof Charles Scicluna u Patri Leslie Gatt, il-Provinċjal tal-Agostinjani

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ta l‑pussess tal‑ħatra lil Patri Alexander Cauchi, Agostinjan, bħala kappillan tal‑Parroċċa ta’ Santu Wistin, il‑Belt Valletta, waqt Quddiesa li saret illum, festa ta’ Sta Rita ta’ Cascia li kienet soru Agostinjana. Il‑Quddiesa xxandret b’mod dirett fuq il‑paġna ta’ Facebook u l‑YouTube channel tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, u ser tixxandar ukoll fil‑5:30 p.m… Kompli aqra »

Direttivi dwar il-Quddiesa tal-Funeral

Miżuri li jħarsu s-saħħa ta' kull persuna

Wara l-laqgħa bejn l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex u l-Awtoritajiet tas-Saħħa, il-Knisja b’konsultazzjoni mal-istess awtoritajiet qed tippubblika direttivi dwar il-Quddiesa tal-funeral li jidħlu fis-seħħ mil-lum, il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju. Dawn id-direttivi jistabbilixxu l-miżuri li qed jittieħdu bil-għan li titħares is-saħħa tal-persuni li jattendu għall-Quddiesa u fl-istess waqt tingħata tislima xierqa lill-għeżież tagħna.

Il-Quddiesa tal-funeral ser tkun tista’ ssir fil-miftuħ bħal f’ċimiterji jew fuq iz-zuntier tal-knisja, jew fi knejjes kbar biss b’numru limitat ta’ nies… Kompli aqra »

Sejħa għall-protezzjoni tal-ispazji miftuħa

Stqarrija mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

Hekk kif is‑soċjetà Maltija jidher li riesqa lejn it‑tmiem tal‑partial lockdown, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta tixtieq tirrifletti fuq l‑importanza tal‑aċċess liberu għall‑ispazji miftuħa għal kulħadd. Dan qed isir fil‑ġimgħa fejn qed niċċelebraw il‑ħames anniversarju mill‑publikazzjoni tal‑enċiklika Laudato si’ tal-Papa Franġisku, “fuq il‑kura tad‑Dar Komuni Tagħna”.

L‑importanza tal-aċċess tal‑ispazji miftuħa, speċjalment fil‑kuntest ta’ żoni li huma densament popolati jissemma f’din l‑enċiklika… Kompli aqra »

Nifs ġdid wara l-COVID-19?

Stqarrija mill-Kummissjoni Ambjent

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tħoss li, issa li pajjiżna qed jistenna bil-ħerqa li joħroġ mill-kriżi tal-COVID-19, u li bil-mod il-mod jerġa’ lura għan-normalità, inkunu boloh jekk nerġgħu mmorru għal dak li konna mdorrijin fih qabel, bħallikieku qatt ma kien xejn – bħallikieku ma tgħallimna xejn minn din l-esperjenza. Il-KA temmen li jeħtieġ nsaħħu d-dixxiplina fuqna nfusna li wrejna waqt l-imxija, biex ilkoll kemm aħna nkunu nifilħu nibqgħu fuq saqajna f’każ li jkollna ngħaddu minn esperjenza simili fil-ġejjieni. 

Il-kriżi tal-COVID-19 ġabitna f’sensina dwar kemm aħna vulnerabbli, u dwar x’inhu dak li tassew għandu valur fil-ħajja… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur il-kċina tal-proġett ‘Solidarity Meals’

Kuljum jitqassmu mas-700 ikla mill-parroċċi

  Is-Salini

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna llum żar il-kċina ta’ ristorant fis-Salini fejn qed jiġu ppreparati madwar 700 ikla sħuna kuljum għall-persuni vulnerabbli, bħala parti mill-proġett ‘Solidarity Meals’. Dawn l-ikliet huma sponsorjati minn The Alfred Mizzi Foundation u jitqassmu mill-entità tal-Knisja Caritas Malta permezz tad-Djakonija Unit li taħdem id f’id mal-parroċċi u ma’ entitajiet oħra tal-Knisja li joffru servizz fil-komunità.

Waqt iż-żjara l-Arċisqof iddawwar mal-istabbiliment minn Julian Sammut, iċ-Chairperson ta’ The Alfred Mizzi Foundation, u kien akkumpanjat minn Anthony Gatt, Direttur ta’ Caritas Malta; u Albert Debono, il-Kap tad-Djakonija Unit u l-Kordinatur ta’ dan il-proġett… Kompli aqra »

Ftehim għar-restawr tal-Knisja l-Qadima ta’ Birkirkara

Ix‑xogħlijiet mistennija jitlestew sal‑2024

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija, Birkirkara

(Quddiem lemin): Roberto Buontempo u Norbert Gatt, (wara lemin): Michael Pace Ross, il-Ministru Josè Herrera u l-Kappillan Reuben Deguara

Il‑Kurja tal‑Arċisqof iffirmat ftehim mad‑Direttorat tar‑Restawr tal-Gvern li se jwassal għar‑restawr tal‑Knisja l‑Qadima ta’ Birkirkara permezz ta’ fondi pubbliċi, wara li jsiru l‑istudji u t‑testijiet ġeotekniċi meħtieġa ffinanzjati mill‑Knisja. Il‑ftehim ġie ffirmat illum minn Roberto Buontempo, Kap tal‑Propjetà tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, u Norbert Gatt mid‑Direttorat tar‑Restawr… Kompli aqra »