Stqarrijiet għall-Istampa

Tixxandar Quddiesa oħra kuljum mill-Kurja

Fuq talba ġenerali, ser tibda tixxandar Quddiesa oħra mill‑Kurja tal‑Arċisqof minbarra dik li qed tixxandar kuljum fid-9:30 a.m. Din ser tixxandar fil-5:30 p.m., mit-Tnejn sal-Ġimgħa, u fi tmiem il-Quddiesa ser tingħad ukoll it-talba tar-Rużarju. Din il‑bidla fil‑ħinijiet tidħol fis‑seħħ mil-lum it-Tnejn 16 ta’ Marzu.

Il-Quddiesa ta’ filgħodu ser tiġi ċċelebrata mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi filwaqt li l-Quddiesa ta’ filgħaxija u r-Rużarju ser jitmexxew mill-Arċisqof Charles J… Kompli aqra »

Ħinijiet aġġornati għat-Talb mill-Kurja

L‑Uffiċċju Komunikazzjoni tal‑Kurja tal‑Arċisqof jixtieq javża li ġew aġġornati l‑ħinijiet ta’ talb li qed jixxandar fuq TVM2, il‑website uffiċjali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Knisja.mt u n‑newsportal Newsbook.com.mt.

Mit‑Tnejn sal‑Ħadd ser tixxandar Quddiesa kuljum fid‑9:30 a.m. Is‑Sibt tixxandar Quddiesa oħra mis‑Santwarju Ta’ Pinu, Għawdex, fis‑6:30 p.m.

Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa ser jixxandar ukoll Rużarju fil‑5:30 p.m.

Dawn il‑bidliet fil‑ħinijiet jidħlu fis‑seħħ minn għada s‑Sibt 14 ta’ Marzu… Kompli aqra »

Avviż Ġenerali u Helpline

Minn għada s‑Sibt 14 ta’ Marzu, il‑Kurja tal‑Arċisqof, inkluż l‑Uffiċċju Żwiġijiet u l‑uffiċċju ċentrali tal‑Caritas, u t‑Tribunali Ekkleżjastiċi fil‑Belt Valletta, se jkunu magħluqin għall‑pubbliku. Dan qed isir bħala miżura ta’ prekawzzjoni li tħares is‑saħħa u s‑sigurtà kemm tal‑pubbliku kif ukoll tal‑impjegati.  

Għalhekk, il‑Kurja qed tniedi helpline għal dawk li jkollhom xi mistoqsijiet urġenti relatati mal‑ħidma tal‑Arċidjoċesi. In‑numru 79241281 se jibda jopera minn għada s‑Sibt, bejn id‑9:00 a.m… Kompli aqra »

Direttivi tal-Isqfijiet dwar il-Quddies – 12/03/20

L-Insara kollha mistiedna jingħaqdu fit-talb u jevitaw li joħorġu minn djarhom skont il-pariri mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa

Wara konsultazzjoni mal‑awtoritajiet tas‑saħħa, l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qegħdin iwaqqfu l‑funzjonijiet reliġjużi kollha, inkluż il‑Quddies ta’ kuljum u ta’ nhar ta’ Ħadd, u l‑katekeżi tat‑tfal, fl‑Arċidjocesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex. Għalhekk, l‑Isqfijiet qegħdin jagħtu lill‑Insara dispensa mill‑obbligu tal‑Quddies ta’ nhar ta’ Ħadd. Din il‑miżura ta’ prekawzjoni tidħol fis‑seħħ b’effett immedjat u qed tittieħed għall‑ġid komuni u biex jiġu mħarsa b’mod speċjali dawk l‑aktar vulnerabbli… Kompli aqra »

Xandiriet ta’ talb mill-Kurja tal-Arċisqof

L-Insara kollha mistiedna jingħaqdu fit-talb u jevitaw li joħorġu minn djarhom skont il-pariri mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa

Il‑Kurja tal‑Arċisqof ser tibda xandiriet regolari biex l‑Insara kollha jkunu jistgħu jingħaqdu fit‑talb u jevitaw li joħorġu minn djarhom skont il‑pariri mogħtija mill‑awtoritajiet tas‑saħħa.

Dawn ix‑xandiriet ser isiru mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana, u ser jixxandru fuq TVM2, il‑website uffiċjali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Knisja.mt u n‑newsportal Newsbook.com.mt.

Għada, il‑Ġimgħa 13 ta’ Marzu f’nofsinhar, l‑Arċisqof Charles J… Kompli aqra »

Proprjetà tal-Knisja f’Ħal Safi se tinbidel f’ċentru għall-persuni bid-dimensja

Ftehim soċjali ieħor bejn il-Knisja u l-Gvern

  Ħal Safi

Proprjetà tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fil-parroċċa ta’ Ħal Safi, ingħaddiet lid-Direttorat għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex jitwaqqaf ċentru ta’ matul il-jum għal persuni li jbatu mid-dimensja, nhar it-Tlieta 3 ta’ Marzu 2020. Dan iċ-ċentru se jservi wkoll ta’ xelter għall-anzjani u għal dawk li jbatu mid-dimensja biex ma jitħallewx weħidhom filgħaxija u matul il-lejl. Iċ-ċentru se jkun l-ewwel wieħed f’Malta li joffri servizz għal matul il-ġurnata u bil-lejl… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Marzu 2020

Il‑Ħadd 1 ta’ Marzu, fil‑5:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi pellegrinaġġ penitenzjali u jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni ta’ Ħadd in‑Nies, Ħaż‑Żabbar.

It‑Tnejn 2 ta’ Marzu, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jagħti l‑Ministeru tal‑Lettorat lil żewġ seminaristi, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù.

Il‑Ġimgħa 13 ta’ Marzu, festa ta’ Ġesù Nazzarenu, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi pellegrinaġġ penitenzjali mill‑Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris sal‑Knisja Parrokkjali ta’ Ġesù Nazzarenu, tas‑Sliema, fejn wara jiċċelebra Quddiesa… Kompli aqra »

Kor fl-okkażjoni taż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta

Bi tħejjija għall-Vjaġġ Appostoliku tal‑Papa Franġisku f’Malta ser jitwaqqaf kor li ser janima Quddiesa li ser issir fuq il-Fosos tal-Furjana nhar Għid il-Ħamsin, il-Ħadd 31 ta’ Mejju 2020. 

Il-kor ser ikun iffurmat minn tfal u adulti, u ser ikun taħt it‑tmexxija ta’ Mro Christopher Muscat, Maestro di Cappella tal‑Katidral Metropolitan u Direttur Mużikali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Tfal u adolexxenti bejn id‑9 u l‑14‑il sena għandhom japplikaw għall-kor tat-tfal filwaqt li dawk minn 15-il sena ’l fuq japplikaw mal-adulti… Kompli aqra »

Żmien ir-Randan

Ritratt: Vatican Media

Għada l‑Erbgħa, 26 ta’ Frar 2020, il‑Knisja tagħti bidu għar‑Randan Imqaddes: 40 jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑Passjoni, il‑Mewt u l‑Qawmien mill‑mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. 

Bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa Franġisku fostna f’Pentekoste, din is-sena l-Isqfijiet qed iħeġġu lill-Insara biex jirriflettu wkoll fuq it-tagħlim tal-Papa, b’mod partikolari fuq l-ewwel Eżortazzjoni Appostolika tiegħu ‘Evangelii Gaudium’ (Il-Ferħ tal-Evanġelju). Din l-eżortazzjoni tfakkarna li l-ferħ veru jinstab fil-laqgħa ma’ Kristu Rxoxt, li jfejjaq minn kull xorta ta’ mard personali u fil-komunitajiet tagħna, u għalhekk dawk li jduqu mill-fejqan u l-ferħ tiegħu jimtlew bil-ħeġġa biex ixandruh ma’ kulħadd… Kompli aqra »

L-Isqfijiet Maltin jattendu konferenza f’Bari dwar l-immigrazzjoni u l-paċi fil-Mediterran

  Bari, l-Italja

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi jinsabu f’Bari, l‑Italja, għall‑konferenza bit‑tema ‘Il‑Mediterran fruntiera ta’ paċi’.

Għal din il‑laqgħa hekk imsejħa ta’ riflessjoni u spiritwalità ser jattendu madwar 60 isqof minn 20 pajjiż tal‑Mediterran fl‑Ewropa, l‑Afrika ta’ Fuq u Lvant Nofsani. L‑immigrazzjoni hija waħda mit‑temi prinċipali ta’ din il‑konferenza li ser tiddiskuti wkoll l‑evanġelizzazzjoni taż‑żgħażagħ, l‑isfida tal‑qagħad u l‑paċi fir‑reġjun.

Il‑laqgħa f’Bari, li qed tiġi organizzata mill‑Konferenza Episkopali Taljana (CEI), tibda llum u tintemm il‑Ħadd 23 ta’ Frar… Kompli aqra »