L-Arċisqof fi żmien il-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida
17/12/2019Il-funzjonijiet reliġjużi li ser imexxi l-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni tal-Milied jibdew filgħaxija f’lejlet il-Milied.
It-Tlieta 24 ta’ Diċembru, lejlet il-Milied, fil-5:00 p.m. Monsinjur Arċisqof imexxi l-ewwel għasar tal-Milied solenni fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u fil-5:30 p.m., jiċċelebra l-Quddiesa tal-Vġili.
Dakinhar stess, fil-10:45 p.m. jibda l-uffiċċju tal-qari li matulu ssir ukoll il-prietka tat-tfal, kif ukoll programm ta’ għanjiet tal-Milied… Kompli aqra »