Aġġornata l-Ħadd 24 ta’ Novembru: Iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re ser issir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Fil-5pm jibda r-rużarju quddiem Ġesù espost u tingħata l-Barka Sagramentali. Fil-5:30pm titkanta t-Talba tal-Għasar.

Il-Mixja ta’ Fidi mill-monument ta’ Kristu Re mhux ser issir minħabba l-maltemp. Kulħadd mistieden u mħeġġeg jattendi.

__________________________________________________________________________________________________

Il‑Knisja Kattolika ser tiċċelebra l‑festa liturġika ta’ Kristu Re nhar il‑Ħadd, 24 ta’ Novembru 2019. Għal din il‑festa li tagħlaq is‑sena liturġika, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna flimkien mal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi qed jistiednu lill‑Insara biex jingħaqdu magħhom għaċ-ċelebrazzjoni djoċesana.

Din tibda fil‑5:00pm b’mixja ta’ fidi minn quddiem il‑monument ta’ Kristu Re, il‑Furjana, sal‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fejn titkanta t‑Talba tal‑Għasar. Waqt l‑Għasar, l-Arċisqof jagħmel ir‑riflessjoni tiegħu f’din il‑festa importanti għall‑Insara u wara jagħti l‑Barka Sagramentali.

F’każ li tkun xita qliel, iċ-ċelebrazzjoni ssir ġol-Konkatidral ta’ San Ġwann.