Stqarrijiet għall-Istampa

Direttur ġdid għal Fondazzjoni Sebħ

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lis‑Sinjura Yvonne Mallia, social worker b’aktar minn 25 sena esperjenza fil‑qasam soċjali, bħala d‑Direttur il‑ġdid ta’ Fondazzjoni Sebħ.

    Fondazzjoni Sebħ hija l‑għaqda mhux governattiva tal‑Knisja f’Malta li tieħu ħsieb madwar 40 tifel u tifla f’kura residenzjali u toffrilhom ambjent sigur, ta’ mħabba u ta’ trobbija li jipprovdi għall‑bżonnijiet tagħhom. Il‑fondazzjoni tgħin ukoll 13‑il familja li fil‑preżent jgħixu f’Dar Qalb ta’ Ġesù…

  • Kompli aqra »

Proposta lill-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew 2019

Stqarrija mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

  • Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) stiednet lill‑kandidati Maltin fl‑elezzjoni għall‑Parlament Ewropew biex dawk li jiġu eletti jmexxu ’l quddiem il‑proposta tal‑KA ħalli, kemm f’Malta kif ukoll fl‑istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea, iċ‑ċittadini jkollhom tassew sehem effettiv u f’waqtu fl‑għażla tal‑alternattivi li jkunu se jiġu studjati biex jintlaħqu l‑oġġettivi ta’ proposta ta’ żvilupp li tkun se tiġi ffinanzjata mill‑UE.

    Il‑KA ħadet din l‑inizjattiva wara li fil‑5 ta’ Novembru 2018, fl‑okkażjoni tal‑Jum Dinji tal‑Ippjanar Urban, bagħtet proposta lill‑Kummissjoni Ewropea u lill‑President tal‑Parlament Ewropew dwar il‑bżonn li jkun hemm parteċipazzjoni pubblika fil‑proċess tat‑tfassil tal‑Analiżi dwar l‑Ispiża u l‑Benefiċċji (Cost‑Benefit Analysis) ta’ proġetti li jkunu se jiġu ffinanzjati mill‑UE, u li jkunu jeħtieġu tali analiżi taħt ir‑regolamenti tal‑UE…

  • Kompli aqra »

Ħames seminaristi se jiġu ordnati djakni

  • Ħames seminaristi ser jiġu ordnati djakni mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna nhar il‑Ħadd, 12 ta’ Mejju 2019. Il-Quddiesa ser issir fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fid‑9:00 a.m. Il‑ħames seminaristi li ser jiġu ordnati djakni huma:

    • Osmar Baldacchino mill‑Parroċċa ta’ San Nikola, is‑Siġġiewi
    • David Borg mill‑Parroċċa tal‑Madonna tal‑Grazzja, Ħaż‑Żabbar
    • Christopher Bugeja mill‑Parroċċa ta’ San Pawl, ir‑Rabat
    • Jonathan Debattista mill‑Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien
    • Tony Pace mill‑Parroċċa tal‑Konverżjoni ta’ San Pawl, Ħal Safi

    Permezz tal‑ordinazzjoni, id‑djakni l‑ġodda jsiru xebh ma’ Ġesù Kristu li ried ikun ‘djaknu’, jiġifieri qaddej ta’ kulħadd…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Mejju 2019

  • Il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju 2019, fis-6:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa li matulha jbierek il-Kurċifiss Ta’ Ġieżu, fil-Knisja ta’ Santa Marija Ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il-Belt Valletta.

    Il-Ħadd 5 ta’ Mejju, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‐festa ta’ San Publiju, il‐Furjana. Fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l-pussess lil Dun Joseph Grech bħala l-kappillan il-ġdid tal-Parroċċa ta’ Ħ’Attard…

  • Kompli aqra »

“Agħtu ħajjitkom biex il‑ferħ tagħkom fil‑Mulej ma jonqosx” – L-Arċisqof lill-erba’ saċerdoti ġodda

Quddiesa tal-Ordinazzjoni Presbiterali

  • 
  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    27 ta’ April 2019
  •  
    “Dan huwa l‑jum li għamel il‑Mulej, ħa nifirħu u nithennew fih! Hallelujah” (S 118:24).

    Għal dawn l‑aħħar ġranet, li fil‑liturġija tal‑Knisja huma bħal jum wieħed, irrepetejna l‑kliem tas‑Salm 118 vers 24…

  • Kompli aqra »

Knisja Ħajja

Stqarrija mill-Kummissjoni Dottrinali

  • Il‑Kummissjoni Dottrinali tal‑Konferenza Episkopali Maltija tixtieq tintroduċi ruħha lill‑Insara ta’ Malta u Għawdex, u lil kull bniedem ta’ rieda tajba.

    Il‑Kummissjoni tgħin lill‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex biex ixandru u jħarsu tajjeb it‑tagħlim ġenwin tal‑fidi Kattolika. Il‑Kummissjoni ġġib ’il quddiem ir‑riflessjoni teoloġika fil‑gżejjer tagħna. Għal dan il‑għan, hija tikkollabora ma’ istituzzjonijiet akkademiċi lokali u barranin, u ma’ esperti oħra…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof ser jordna erba’ saċerdoti ġodda

  • Il‑Knisja f’Malta tifraħ filwaqt li tirringrazzja lil Alla għall‑ordinazzjoni ta’ erba’ saċerdoti. L‑ordinazzjoni presbiterali ta’ dawn id‑djakni djoċesani ser issir nhar is‑Sibt, 27 ta’ April 2019, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fid‑9:30 a.m. L‑erba’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna huma:

    • Peter Ellul mill‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta
    • Jean Gové mill‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, il‑Mosta
    • Aayrton Ray Muscat mill‑Parroċċa ta’ Santa Luċija, l‑Imtarfa
    • Matthew Pulis mill‑Parroċċa tal‑Familja Mqaddsa, l‑Iklin

    Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑ordinazzjoni presbiterali u biex jitlob għal aktar vokazzjonijiet u għall‑qdusija tas‑saċerdoti, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati saċerdoti nhar is‑Sibt li ġej…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jgħammed tmien adulti minn seba’ pajjiżi differenti

Illejla, waqt il‑Vġili Solenni tal‑Qawmien tal‑Mulej mill‑Imwiet fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra s‑Sagramenti tad‑Dħul fil‑Ħajja Nisranija (Magħmudija, Griżma u Tqarbin) lil tmien katekumeni, jiġifieri persuni li f’età adulta jagħżlu l‑ħajja Nisranija.

It‑tmien adulti, li llejla b’dawn is‑sagramenti ser isiru wlied Alla u membri ġodda tal‑Knisja Kattolika, huma minn seba’ pajjiżi differenti: Malta, iċ‑Ċina, l‑Ungerija, Spanja, ir‑Repubblika Ċeka, ir‑Russja u t‑Turkija… Kompli aqra »

Il-ħasil tar-riġlejn mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

Kull mexxej għandu jiftakar f’dan il-ġest ta’ Ġesù – l-Arċisqof

http://bit.ly/2IeGNVQ

L-Arċisqof jaħsel ir-riġlejn

http://bit.ly/2GprQQ7

Din is‑sena f’Ħamis ix‑Xirka filgħaxija, waqt it‑Tifkira Solenni tal‑Ikla tal‑Mulej fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jaħsel riġlejn 16‑il persuna li ħafna minnhom missew mas‑servizzi li Caritas Malta toffri lis‑soċjetà. Dawn jinkludu:

  • ġenituri ta’ wlied li għamlu programm ta’ rijabilitazzjoni mid‑droga fi ħdan Caritas,
  • romol u separati,
  • klijenti u voluntiera ta’ Caritas, u
  • koppji miżżewġa mill‑parroċċi tal‑Iklin u ta’ Santa Luċija li fihom saret Viżta Pastorali matul l‑aħħar xhur…
  • Kompli aqra »

Filmat: Il-Ġimgħa Mqaddsa 2019 fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

  •  

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna jistieden lill‑Insara biex jieħdu sehem fiċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑Ġimgħa Mqaddsa li matulhom l‑Knisja Kattolika tfakkar il‑passjoni, il‑mewt u l‑qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu. Jistieden ukoll lill‑Insara jattendu għaċ‑ċelebrazzjonijiet li ser jippresiedi fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

    Nhar il‑Ħadd li ġej, 14 ta’ April, il‑Knisja tagħti bidu għall‑Ġimgħa Mqaddsa biċ‑ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il‑Palm u l‑Passjoni tal‑Mulej…

  • Kompli aqra »