Stqarrijiet għall-Istampa

Inġeddu l-mod ta’ x’nifhmu bi progress

Il-proposti mressqa mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi għall-Baġit 2019

  •  

  • Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi temmen li l‑prosperità finanzjarja li għaddej bħalissa minnha l‑pajjiż għandha tissarraf fi kwalità ta’ ħajja aħjar għal kulħadd. Fid‑dokument tagħha bil‑proposti għal qabel il‑Baġit 2019, il‑kummissjoni ppreżentat rakkomandazzjonijiet marbuta ma’ ħames oqsma ewlenin: it‑trasport, l‑ambjent, is‑saħħa, l‑akkomodazzjoni affordabbli u l‑migrazzjoni.

    Trasport: Huma meħtieġa aktar soluzzjonijiet fit‑tul flok dawk temporanji. Dawn jistgħu jinkludu titjib fl‑infrastruttura tagħna biex tkun tista’ tippermetti li t‑trasport pubbliku, il‑carpooling, il‑mixi u ċ‑ċikliżmu verament ikomplu jsiru alternattivi validi għall‑vetturi privati…

  • Kompli aqra »

Prevenzjoni, azzjoni f’waqtha u każijiet riferuti lill-Pulizija

Ir-rapport annwali tas-Safeguarding Commission għas-sena 2017

  • Id‑deċiżjoni tal‑Isqfijiet Maltin li jipprojbixxu saċerdot milli jkompli jeżerċita l‑ministeru tas‑saċerdozju, minkejja d‑deċiżjoni tal‑Qorti tal‑Appell, turi li l‑Knisja timxi bi kriterji speċifiċi u aktar stretti minħabba r‑responsabbiltà li l‑liġi tal‑Knisja tpoġġi fuq kull membru tal‑kleru. Dan qalu l‑Kap tas‑Safeguarding Commission, Andrew Azzopardi, waqt il‑preżentazzjoni tar‑rapport annwali tal‑kummissjoni tal‑Knisja responsabbli mill‑ħarsien tat‑tfal u l‑adulti vulnerabbli.

    Andrew Azzopardi qal li din l‑istess responsabbiltà u ħtieġa ta’ azzjoni aktar immedjata kienet wasslet lill‑Isqfijiet Maltin u lill‑ordnijiet reliġjużi biex fl‑2015 iwaqqfu s‑Safeguarding Commission – grupp ta’ professjonisti minn oqsma differenti li jaħdmu b’mod awtonomu u jagħtu rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw allegazzjonijiet ta’ abbuż fil‑Knisja…

  • Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa tal-Balluta


    • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Patri Renald Lofreda O.Carm bħala kappillan tal‑parroċċa tal‑Madonna tal‑Karmnu, il‑Balluta.

      Patri Renald Lofreda twieled fid‑9 ta’ Settembru 1978 u għadda ħafna mit‑tfulija tiegħu fil‑parroċċa ta’ Santa Venera fejn sar jaf lill‑patrijiet tal‑Ordni Karmelitan. Huwa daħal mal‑Karmelitani fl‑1996 u għamel in‑novizzjat f’Pisa, l‑Italja, bejn Awwissu tal‑1998 u Settembru tal‑1999…

  • Kompli aqra »

Il-Knisja f’Malta tagħti proprjetà biex jitwaqqaf food bank

Ftehim bejn l-Arċidjoċesi ta' Malta u l-Malta Food Bank Foundation


  •  

  • L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u l‑Malta Food Bank Foundation iffirmaw ftehim uffiċjali għat‑twaqqif tal‑ewwel food bank tax‑xorta tiegħu f’Malta. Dan is‑servizz li ser jitmexxa mill‑Malta Food Bank Foundation (MFBF) huwa intenzjonat li jiġbor ikel żejjed sabiex jitqassam lill‑għaqdiet mhux governattivi li jgħinu lill‑persuni foqra u dawk f’riskju ta’ faqar. 

    Il‑proprjetà tal‑Knisja li ngħatat lill‑MFBF għal żmien definit tinsab fil‑Ħamrun maġenb il‑knisja tal‑Kunċizzjoni u kienet tintuża minn Dar Fra Diegu bħala maħżen tal‑ikel…

  • Kompli aqra »

Il-Proġett tas-sit tal-Kunvent Santa Rita

Rapport mill-Kumissjoni Interdjoċesana Ambjent

  • Wara talba mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna, il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) ħejjiet il‑kummenti tagħha fuq l‑applikazzjoni nru PA105981/17 għall‑iżvilupp fuq is‑sit maġenb il‑Kunvent Santa Rita f’Paceville. Il‑proġett propost jinkludi binja ta’ 12‑il sular li toffri akkomodazzjoni ta’ erba’ stilel, uffiċċji, skola tal‑lingwi u uffiċċji fil‑livell ta’ taħt, u parkeġġ ta’ ħames sulari taħt l‑art għal 246 karozza.

    Fit‑tħejjija tar‑rapport, il‑KA mxiet fuq l‑applikazzjoni li ġiet sottomessa lill‑Awtorità tal‑Ippjanar u l‑pjanti li kienu għad‑dispożizzjoni tal‑pubbliku fit‑30 ta’ Lulju 2018…

  • Kompli aqra »

Il-Palazz tal-Arċisqof b’attrazzjoni ġdida waqt in-Notte Bianca 2018


  • Wara proġett ta’ restawr u konservazzjoni, il‑pittura tal‑Isqof Pawlu Alpheran de Bussan tal‑artist Francesco Zahra tinsab lura fil‑Palazz tal‑Arċisqof, il‑Belt Valletta. Il‑kwadru, li reġa’ sab postu fis‑Sala tat‑Tron, jista’ jiġi apprezzat mill‑pubbliku nhar is‑Sibt li ġej, 6 ta’ Ottubru, waqt is‑serata tan‑Notte Bianca.

    L‑istudji u x‑xogħol ta’ restawr u konservazzjoni saru bejn Awwissu u Diċembru 2017 mid‑ditta Atelier del Restauro, taħt it‑tmexxija ta’ Valentina Lupo u Maria Grazia Zenzani…

  • Kompli aqra »

Kummissjoni Dottrinali ġdida fi ħdan il-Konferenza Episkopali Maltija

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna waqqaf il‑Kummissjoni Dottrinali fi ħdan il‑Konferenza Episkopali Maltija, u ħatar lil Mons. Hector Scerri bħala president ta’ din il‑kummissjoni għal perjodu ta’ tliet snin.

    Il‑Kummissjoni Dottrinali ser tagħti l‑kontribut tagħha f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet marbuta mal‑fidi u l‑moralità Nisranija, u twassal ir‑riflessjoni tagħha lill‑Isqfijiet. Bil‑pariri tagħha, il‑Kummissjoni Dottrinali ser tgħin ukoll lill‑Konferenza Episkopali fit‑tħejjija ta’ dokumenti li jgħinu lill‑poplu f’Malta u Għawdex fuq diversi aspetti tal‑fidi Nisranija…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof fil-Vatikan għas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-żgħażagħ

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna llum ħalla Malta għal Ruma biex jieħu sehem fil‑15‑il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet fil‑Vatikan, bit‑tema ‘Iż‑Żgħażagħ, il‑Fidi u d‑Dixxerniment Vokazzjonali’. Is‑Sinodu ser jibda għada l‑Erbgħa, 3 ta’ Ottubru u jintemm il‑Ħadd, 28 ta’ Ottubru 2018.

    Għal dan is‑Sinodu li sejjaħ il‑Papa Franġisku ser jattendu 165 isqof, kif ukoll numru ta’ żgħażagħ minn madwar id‑dinja li flimkien ser jiddiskutu kif il‑Knisja twassal il‑messaġġ tagħha lill‑ġenerazzjoni żagħżugħa, u kif iż‑żgħażagħ stess jistgħu jwasslu l‑Bxara t‑Tajba tal‑Evanġelju…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Ottubru 2018

  • It‑Tnejn 1 ta’ Ottubru, fid‑9:00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑ftuħ tas‑Sena Forensi, fl‑Oratorju tal‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Mit‑Tlieta 2 ta’ Ottubru sat‑Tnejn 29 ta’ Ottubru, Monsinjur Arċisqof jattendi l‑15‑il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet f’Ruma, bit‑tema ‘Iż‑Żgħażagħ, il‑Fidi u d‑Dixxerniment Vokazzjonali’…

  • Kompli aqra »

Pro-business akkost ta’ kollox jew pro-komunità?

Reazzjoni mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

  • Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) bħal għadd kbir ta’ ċittadini oħra, għadha maħsuda bid‑deċiżjoni tal‑Awtorità tal‑Ippjanar (PA) li tapprova l‑proġett estensiv ta’ db Group fil‑Bajja ta’ San Ġorġ. Bħalma għamlu ċittadini oħra li bħalha kienu inkwetati bil‑proposta ta’ dan il‑proġett, il‑KA kienet bagħtet l‑oġġezzjonijiet tagħha fit‑30 ta’ Mejju 2018.[1] Issa li d‑deċiżjoni ttieħdet, aktar milli toqgħod tirrepeti dawn l‑oġġezzjonijiet, il‑KA tħoss li jkun aktar f’waqtu tpoġġi għadd ta’ mistoqijiet li fil‑fehma tagħha jixirqilhom ikunu mwieġba:

    • Kif tista’ l‑PA torbot deċiżjoni bħal din mal‑missjoni tagħha li “taġixxi f’isem il‑komunità biex tipprovdi ambjent bilanċjat u sostenibbli,”[2] meta wieħed iqis li ġew injorati eluf ta’ oġġezzjonijiet kontra dan l‑iżvilupp? …
  • Kompli aqra »