• Nhar il‑Ġimgħa, 11 ta’ Jannar 2019, se jiġi inawgurat ix-xogħol ta’ restawr u konservazzjoni fuq tliet pitturi storiċi li jinsabu fil‑Kurja tal‑Arċisqof. L‑inawgurazzjoni ser issir fil‑Kurja, il‑Furjana, fis‑6:30 p.m. It‑tliet pitturi tas‑seklu 18 juru x‑xbihat tal‑Immakulata Kunċizzjoni, tal‑Madonna tar‑Rużarju ma’ qaddisin Dumnikani, u tal‑Missier Etern.

    L‑istorika tal‑arti Dr Theresa Vella se tagħti apprezzament kritiku dwar dawn il‑pitturi, filwaqt li r‑restawraturi, Valentina Lupo u Maria Grazia Zenzani mid‑ditta Atelier del Restauro, ser jagħmlu preżentazzjoni tax‑xogħol ta’ restawr li sar matul l‑aħħar sena. Dan il‑proġett ta’ restawr u konservazzjoni sar bl‑għajnuna ta’ APS Bank.

    Il‑pubbliku huwa mistieden jattendi.