Stqarrijiet għall-Istampa

L-Arċidjoċesi ta’ Malta ser tinvesti aktar fil-konservazzjoni permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea

  • The Archdiocese of Malta has been awarded €2.2 million in EU funds for the conservation, protection and promotion of ecclesiastical cultural heritage. Over a period of three years, the archives of the Archbishop’s Curia and a total of 15 parishes will benefit from the funds, following an application submitted by the Foundation for Cultural Heritage of the Archdiocese of Malta, to the Project Selection Committee for the allocation of EU funds (2014 – 2020). 

    The parishes which will benefit from these funds, for the restoration of historial buildings and the conservation of our cultural heritage, are: Attard, Balzan, Birkirkara (St Helen), Birkirkara (St Mary), Dingli, Gharghur, Marsaxlokk, Mdina, Mgarr, Mellieha, Mosta (including Bidnija), Naxxar, Paola (Christ the King), Rabat, and Tarxien…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Mejju 2018

  • It‑Tlieta 1 ta’ Mejju, fl‑10:30 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Dun Mark Mallia Pawley bħala l‑Arċipriet il‑ġdid tal‑Parroċċa Santa Marija, Ħad‑Dingli. Fis‑6:30 p.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Patri Publius Mair OFM Cap. bħala l‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa Marija Reġina, il‑Marsa.

    Il‑Ħamis 3 ta’ Mejju, fl‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ma’ grupp ta’ pazjenti u voluntiera ta’ St Michael’s Hospice fil‑Knisja Parrokkjali, l‑Iklin…

  • Kompli aqra »

Il-ħtieġa ta’ djalogu responsabbli

Stqarrija mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

  • Fid‑dawl tad‑diskussjonijiet preżenti dwar l‑emendi għall‑Att dwar il‑Protezzjoni tal‑Embrijuni, il‑Kummissjoni Ġustizzja u l‑Paċi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed issejjaħ għal djalogu responsabbli li jmur lil hinn minn pożizzjonijiet polarizzati, u li jkun iffukat fuq il‑ġid komuni ta’ kulħadd mingħajr ma jiġu attakkati personalment dawk li għandhom fehmiet opposti.

    Mhijiex l‑intenzjoni tal‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi li tirrepeti dak li l‑Knisja diġà espremiet b’mod ċar dwar dawn il‑proposti…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof ser jordna erba’ djakni ġodda

  • Erba’ żgħażagħ ser jiġu ordnati djakni mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna nhar il‑Ħadd, 22 ta’ April 2018, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina, fid‑9am. L‑erba’ żgħażagħ li ser jiġu ordnati djakni huma:


    • Peter Ellul mill‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta
    • Jean Gové mill‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, il‑Mosta
    • Aayrton Ray Muscat mill‑Parroċċa ta’ Santa Luċija V.M., l‑Imtarfa
    • Matthew Pulis mill‑Parroċċa tal‑Familja Mqaddsa, l‑Iklin

    Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑ordinazzjoni u biex jitlob għal aktar vokazzjonijiet u għall‑qdusija tal‑kleru, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati djakni nhar il-Ħadd…

  • Kompli aqra »

“Is it possible to have political Christian action?”

Gaudium et Spes Lecture 2018

    • A few months ago, Pope Francis stated that we cannot improve our political landscape by observing and judging from afar: it requires personal involvement, which should always be done in a spirit of charity and helpfulness. “Try to act personally instead of just looking and criticizing the work of others from the balcony,” the Pope said during a pastoral visit to Cesena in October 2017…

  • Kompli aqra »

Servizz għall-poplu Malti u għad-dinjità tal-bniedem – L-Arċisqof

Messaġġ waqt l-iffirmar tal-ftehim għat-twaqqif ta’ St Michael’s Hospice

Messaġġ mill-Arċisqof

Hija xi ħaġa sabiħa ħafna li l‑Arċidjoċesi ta’ Malta qiegħda toffri din il‑proprjetà lill‑Hospice. Bdiet b’inizjattiva ta’ mara lajka (Adelaide Cini) li kienet profeta ta’ servizz soċjali li kien neċessarju fi żmienha, u issa qed tiġi afdata lil lajċi esperti biex nirrispondu għal sitwazzjoni attwali.

Servizz għall‑poplu Malti u servizz għad‑dinjità tal‑bniedem. Il‑Hospice għandhom bżonn mhux biss l‑appoġġ imma l‑ammirazzjoni tagħna wkoll għal dak kollu li jagħmlu bis‑servizzi li joffru fil‑komunità u issa wkoll bl‑offerta ta’ servizz u esperjenza residenzjali li mhux biss fid‑djar, imma anke f’dan l‑ambjent, li nawguraw li jkun ambjent sabiħ… Kompli aqra »

Proprjetà tal-Knisja li tiswa €8 miljun ser tinbidel fl-ewwel kumpless state-of-the-art tal-Hospice f’Malta għall-kura paljattiva

L-iffirmar ta' ftehim bejn l-Arċidjoċesi ta' Malta u l-Hopice Movement

  • L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u l‑Malta Hospice Movement iffirmaw ftehim uffiċjali għat‑twaqqif ta’ St Michael’s Hospice, l‑ewwel kumpless state‑of‑the‑art f’Malta li jipprovdi kura paljattiva komprensiva.

    Matul is‑Sena tal‑Ħniena, f’Lulju 2016, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna kien ħabbar li l‑Knisja ser tidentifika l‑post ideali għat‑twaqqif ta’ kumpless li, b’kollaborazzjoni ma’ organizzazzjoni rreġistrata li taħdem f’dan il‑qasam, tipprovdi servizzi ta’ kura paljattiva għal pazjenti b’kundizzjonijiet mediċi serji…

  • Kompli aqra »

Stqarrija tal-Isqfijiet Maltin dwar l-Att li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni

  • Aħna l‑Maltin għandna għożża għall‑ulied u għall‑ħajja sa mit‑tnissil tagħha. Din hi ħaġa pożittiva ħafna li nixtiequ ninkoraġġixxu bis‑sħiħ. Nuru għalhekk l‑apprezzament tagħna għall‑isforzi li jsiru biex il‑koppji li ma jistgħux ikollhom tfal jingħataw għajnuna xierqa u f’waqtha.

    Fl‑istess waqt, hu b’dispjaċir li qrajna emendi proposti għall‑Att dwar il‑Protezzjoni tal‑Embrijuni.

    Jidher li l-emendi proposti jmorru kontra l‑għan prinċipali tal‑liġi preżenti, li kien li jassisti koppji li qegħdin f’relazzjoni stabbli biex jista’ jkollhom tarbija…

  • Kompli aqra »

Mal-40% jattendu l-quddies kull nhar ta’ Ħadd

74% jmorru l-quddies minn tal-inqas darba fix-xahar

  • Stħarriġ ikkummissjonat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta juri li 92% tal‑Maltin huma Kattoliċi, li minnhom 74% jgħidu li jmorru l‑quddies minn tal-inqas darba fix-xahar. Ir‑riċerka turi wkoll li 40% jattendu l‑quddies kull nhar ta’ Ħadd. Dan kien ikkonfermat miċ‑ċensiment li sar bejn it‑2 u t‑3 ta’ Diċembru li għadda, li wera li l‑attendenza għall‑quddies kienet ta’ 38%.

    Din ir‑riċerka saret għall‑ewwel darba b’metodi differenti (ċensiment kif ukoll stħarriġ) bil‑għan li l‑Knisja jkollha stampa wiesgħa u fattwali tas‑soċjetà biex tippjana u taqdi b’mod aktar effettiv il‑ħidma pastorali tagħha fis‑snin li ġejjin…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof ser jordna disa’ saċerdoti ġodda

  • Il‑Knisja f’Malta tifraħ filwaqt li tirringrazzja lil Alla għall‑ordinazzjoni ta’ disa’ saċerdoti. L‑ordinazzjoni presbiterali ta’ dawn iż‑żgħażagħ – żewġ djakni djoċesani u seba’ reliġjużi – ser issir nhar is-Sibt, 7 ta’ April 2018,  fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fid‑9:15 a.m. Id-disa’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Charles J. Scicluna huma:

    • Fra Alan Joseph Adami tal-Ordni tal-Predikaturi,
    • Fra Jethro Bajada tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini,
    • Rev…
  • Kompli aqra »