Stqarrijiet għall-Istampa

Inawgurata l-Kċina ta’ Marta: 1,200 ikla b’xejn fil-ġimgħa lill-persuni fil-bżonn

  Il-Kċina ta' Marta, Tal-Virtù

L-Arċisqof Charles Scicluna inawgura l-Kċina ta’ Marta, inizjattiva oħra tal-Knisja f’Malta sabiex tkompli tgħin lill-persuni li bħalissa għaddejjin minn żmien diffiċli. Madwar 350 persuna fil-ġimgħa qed jirċievu mal-1,200 ikla b’xejn ippreparata mit-30 voluntier tal-Kċina ta’ Marta fis-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù. 20 persuna oħra jieħdu ħsieb it-tqassim tal-ikliet fid-djar għal dawk li ma jistgħux joħorġu minn darhom. Il-Kċina ta’ Marta hi inizjattiva mmexxija minn LOOP Djakonija Parroċċi bl-għajnuna ta’ The Alfred Mizzi Foundation… Kompli aqra »

Rakkomandazzjonijiet dwar iż-żona ta’ Ħondoq ir-Rummien

Sottomissjoni tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

Wara li f’Awwissu li għadda l‑Qorti ta’ Malta ddeċidiet li ma jsirx żvilupp f’Ħondoq ir‑Rummien, il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) għamlet is‑suġġerimenti tagħha fil‑proċess ta’ konsultazzjoni tal‑Ministeru għax‑Xogħlijiet Pubbliċi u l‑Ippjanar, u l‑Awtorità tal‑Ippjanar, dwar ir‑reviżjoni tal‑policy tal‑ippjanar għas‑sit ta’ Ħondoq ir‑Rummien kif imfassal fil‑pjan lokali ta’ Għawdex u Kemmuna.

Kwalità tal‑ħajja ħolistika

Il‑Kummissjoni Ambjent qed tipparteċipa fil‑proċess ta’ konsultazzjoni biex issostni li kienet qalet fl‑istqarrijiet maħruġa fl‑20 ta’ Lulju 2010 u l‑24 ta’ April 2013 fl‑eqqel tal‑kwistjoni ta’ Ħondoq ir‑Rummien… Kompli aqra »

Malta tospita l-Assemblea Ġenerali tal-Kummissjonijiet tal-Ġustizzja u Paċi tal-Ewropa

Taħditiet u workshops miftuħin għall-pubbliku

Mill-10 sat-13 ta’ Novembru li ġej, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi fi ħdan il-Knisja f’Malta se tkun qed tospita l-Workshop Internazzjonali u l-Assemblea Ġenerali tal-Kummissjonijiet tal-Ġustizzja u Paċi Ewropej. Madwar 50 delegat mill-pajjiżi kollha tal-Ewropa mistennija jattendu għal din il-laqgħa li ssir kull sena f’wieħed mit-32 pajjiż li jagħmlu parti min-netwerk tal-Ġustizzja u Paċi Ewropa. It-tema magħżula għal din is-sena hi ‘The changing world of work – a transversal justice issue’. 

Il-konferenza se tibda nhar il-Ġimgħa, 10 ta’ Novembru fis-7:30pm, b’diskors ta’ Sr Alessandra Smerilli, is-Segretarja tad-Dikasteru għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp Integrali tal-Bniedem fis-Santa Sede, fl-Oratorju tal-Ġiżwiti, il-Belt Valletta… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Novembru 2023

Matul ix‑xahar ta’ Novembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra l‑quddies ta’ matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30am, tiġi ċċelebrata quddiesa li tixxandar fuq TVM, mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta…
  • Kompli aqra »

Il-Festa tal-Qaddisin Kollha u t-Tifkira tal-Mejtin Kollha

Seminarist se jirċievi l-Ministeru tal-Akkolitat

Għada l-Erbgħa, l-1 ta’ Novembru 2023, fis-6pm, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ser jiċċelebra quddiesa fil-Festa tal-Qaddisin Kollha, fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina. Waqt il-quddiesa seminarist se jirċievi l-Ministeru tal-Akkolitat.

Il-Ħamis, 2 ta’ Novembru, fid-9:30am, fit-Tifkira tal-Mejtin Kollha, se ssir quddiesa fil-Kappella tal-Madonna tal-Ħniena fiċ-Ċimiterju ta’ Ħaż-Żabbar, li se tixxandar fuq TVM, Knisja.mtNewsbook.com.mt. L-Insara huma mistiedna jitolbu wkoll għall-erwieħ kollha li marru qabilna bis-sinjal tal-fidi u bit-tama tal-qawmien mill-imwiet, biex bil-ħniena ta’ Alla jitnaddfu minn kull dnub… Kompli aqra »

Ir-residenti f’Dar Saura se jiġu rilokati f’residenzi aħjar

Residenti f’waħda mid‑djar tal‑anzjani tal‑Knisja, Dar Saura fir‑Rabat, se jiġu rilokati f’residenzi aktar moderni biex ikollhom ambjent aħjar ta’ kura u iżjed dinjituż.

Is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi, Michael Pace Ross qal: “F’dawn l‑aħħar snin kien qed jidher biċ‑ċar li jekk ma jsirx ristrutturar maġġuri, Dar Saura mhux se tkun tista’ toffri l‑kwalità tal‑ħajja li tixraq lill‑45 resident tagħha, u għalhekk, il‑Knisja se tkun qed tipprovdi alternattivi aħjar għalihom… Kompli aqra »

Il-Papa jġedded il-kariga tal-Arċisqof Scicluna bħala Segretarju Aġġunt tad-Dikasteru għad-Duttrina tal-Fidi

Il‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku kkonferma lill‑Arċisqof Charles Scicluna bħala s‑Segretarju Aġġunt tad‑Dikasteru għad‑Duttrina tal‑Fidi għal ħames snin oħra.

Minn meta l‑Arċisqof Scicluna beda jokkupa din il‑kariga f’Novembru 2018, il‑Papa Franġisku fdah b’missjonijiet pastorali f’diversi pajjiżi fosthom iċ‑Ċilì u, reċentement, il‑Perù. L‑Arċisqof Scicluna huwa wkoll il‑President tal‑Kulleġġ tar‑Rikorsi, li jiddeċiedi każijiet ta’ appell fi ħdan id‑Dikasteru.

Id‑Dikasteru għad‑Duttrina tal‑Fidi huwa responsabbli biex jippromwovi u jħares id‑duttrina tal‑fidi u l‑morali fil‑Knisja, inkluż każijiet ta’ dixxiplina u każijiet ta’ abbuż minn saċerdoti… Kompli aqra »

Imut l-Isqof Robert Camilleri Azzopardi O.F.M.

L‑Arċisqof Charles Scicluna, l‑Isqof Anton Teuma u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi sellmu l‑ħajja ddedikata fl‑art tal‑missjoni tal‑Isqof Robert Camilleri Azzopardi O.F.M., Isqof tad‑Djoċesi ta’ Comayagua fil‑Honduras u President tal‑Konferenza Episkopali tal‑Honduras.

L‑Isqof Camilleri Azzopardi miet illum it‑Tlieta, 17 ta’ Ottubru 2023, fl‑età ta’ 72 sena.

L‑Isqof Robert Camilleri Azzopardi twieled il‑Ħamrun fl‑24 ta’ April 1951. Hu ngħaqad mal‑Ordni tal‑Franġiskani Minuri u ġie ordnat saċerdot fl‑1975 mill‑Papa Pawlu VI f’Ruma… Kompli aqra »

Talb għall-paċi, il-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni

Stqarrija mill-Isqfjiet ta' Malta u Għawdex

Aħna l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qed nissieħbu mal‑Patrijarka ta’ Ġerusalemm, il‑Kardinal Pierbattista Pizzaballa, li f’isem l‑Ordinarjati tal‑Art Imqaddsa għamel appell għat‑talb għal dawk kollha li qed ibatu fil‑baħar ta’ vjolenza, qerda u mibegħda fl‑Art Imqaddsa – li diġà ħalla tant vittmi.

B’mod partikolari, il‑Patrijarka ta’ Ġerusalemm għamel sejħa biex nhar it‑Tlieta, 17 ta’ Ottubru 2023, tkun ġurnata ta’ talb u sawm għall‑paċi, il-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni… Kompli aqra »

Il-formazzjoni tal-Insara għad-dinja tal-lum

Korsijiet mill-Istitut ta' Formazzjoni Pastorali

Award in Creating and Animating Prayer Spaces hu wieħed mill-korsijiet offruti mill-Istitut għall-Formazzjoni Pastorali

Fl-ewwel semestru tas-sena akkademika, li jibda f’Ottubru 2023, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali ser joffri ’l fuq minn 30 kors. Dawn il-korsijiet ser jiġu offruti b’modi differenti: in-person, hybrid u online. 

Il-korsijiet offruti huma dawn: