Stqarrijiet tal-Isqfijiet

Stqarrija tal-Konferenza Episkopali Maltija dwar il-mewt tal-Kardinal Prospero Grech OSA

L-Emminenza Tieghu l-Kardinal Prospero Grech OSA

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex isellmu l-memorja tal-Kardinal Prospero Grech – reliġjuż
għaref u dħuli, b’sens kbir ta’ umoriżmu u ta’ umanità.

L-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Joseph Galea-Curmi
jwasslu l-kondoljanzi tagħhom lill-qraba tal-Kardinal Prospero u lill-familja reliġjuża
Agostinjana kollha, filwaqt li jħeġġu lill-Insara kollha joffru talb ta’ suffraġju għal ruħu… Kompli aqra »

Impenn għall-Għaqda, il-Verità u l-Ġustizzja

Appell mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex

(xellug) L-Isqof Mario Grech, l-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Bħala ragħajja spiritwali tal-Kattoliċi Maltin u Għawdin, aħna l-Isqfijiet nixtiequ nagħmlu appell biex f’dawn il-ġranet ta’ tensjoni nfittxu li naħdmu flimkien, b’mod kalm u konvint, għall-verità u l-ġustizzja fl-imħabba u b’rispett lejn xulxin.

L-appell tagħna jingħaqad mal-appell tal-Eċċellenza Tiegħu l-President tar-Repubblika Dr George Vella għall-għaqda, biex is-sitwazzjoni diffiċli li għaddejjin minnha ma tkabbarx il-firda u li, fi spirtu ta’ għaqda u għall-ikbar ġid tas-soċjetà Maltija u ta’ pajjiżna, naħdmu lkoll biex l-istituzzjonijiet tagħna jagħmlu d-dover tagħhom bir-reqqa u b’mod imparzjali… Kompli aqra »

L-Isqfijiet Maltin jifirħu lill-Arċisqof-elett Antoine Camilleri

  • Il‑Konferenza Episkopali Maltija tifraħ lill‑Monsinjur Antoine Camilleri għall‑ħatra tiegħu mill‑Papa Franġisku bħala Arċisqof titulari ta’ Skálholt u Nunzju Appostoliku. L‑Arċisqof Charles J. Scicluna, l‑Isqof Mario Grech u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi, miġburin waqt laqgħa tal‑Konferenza Episkopali, laqgħu din l‑aħbar u wegħdu t‑talb tal‑Knisja f’Malta u Għawdex għal din il‑missjoni ġdida fdata lill‑Monsinjur Camilleri.  

  • Kompli aqra »

L-Isqfijiet Maltin jifirħu lill-Isqof-Elett ta’ Santiago Apóstol de Huancané fil-Perù

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna, l‑Isqof Mario Grech u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi jifirħu lil Patri Giovanni Cefai M.S.S.P., għall‑ħatra mill‑Papa Franġisku bħala l‑ewwel Isqof tal‑Prelatura Territorjali l-ġdida ta’ Santiago Apóstol de Huancané, fil‑Perù. Dan it-territorju jifforma parti mill-Arċidjoċesi ta’ Arequipa.

    L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex jingħaqdu fit‑talb għall‑Isqof‑elett biex il‑Mulej jagħtih l‑għajnuna f’din il‑missjoni ġdida bħala suċċessur tal-Appostli…

  • Kompli aqra »

Stqarrija tal-Isqfijiet Maltin dwar is-salvataġġ u r-rilokazzjoni tal-immigranti

  • L‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex jesprimu l‑apprezzament tagħhom lill‑Gvern ta’ Malta, lill‑Kummissjoni Ewropea u lit‑tmien pajjiżi Ewropej, għas‑solidarjetà li fl‑aħħar intweriet mad‑49 immigrant, li ħafna minnhom ilhom 18‑il jum bejn sema u ilma abbord żewġ bastimenti tas‑salvataġġ ta’ għaqdied mhux governattivi. Aħna wkoll grati lill‑għaqdiet kollha li ppromovew solidarjetà konkreta mal‑persuni involuti.

    Aħna nirrikonoxxu li Malta, l‑iżgħar stat membru tal‑Unjoni Ewropea, la kienet l‑awtorità responsabbli u lanqas l‑eqreb port ta’ kenn meta dawn l-immigranti ġew salvati, u nfaħħru l‑isforzi li saru mill‑partijiet kollha involuti biex jiġi żgurat li l‑ħajja tal‑bniedem tiġi qabel kull interess ieħor…

  • Kompli aqra »

L-appell tal-Isqfijiet Maltin lill-Isqfijiet Ewropej biex jiġu salvati l-immigranti li tħallew fuq il-baħar

Ittra mill-Konferenza Episkopali Maltija lis-Segretarju Ġenerali tal-COMECE (il-Kummissjoni tal-Konferenzi tal-isqfijiet tal-Unjoni Ewropea)

  • Fr Olivier Poquillon OP
    Commission of the Bishops’ Conferences of the European Union (COMECE)
    Square de Meeûs, 19/1
    B-1050 Brussels
    Belgium

    3 ta’ Jannar 2019

    Għażiż Fr Poquillon,

    Aħna, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, qed niktbu din l-ittra biex nuru t-tħassib serju tagħna u nitolbu għas-sapport ta’ ħutna l-isqfijiet fl-Ewropa, dwar is-sitwazzjoni ta’ 49 migranti li ilhom jiem sħaħ bejn sema u ilma fil-Baħar Mediterran…

  • Kompli aqra »

Stqarrija mill-Isqfijiet Maltin dwar is-salvataġġ tal-immigranti fil-Mediterran

  • L-Isqfijiet juru l-apprezzament għall-missjonijiet ta’ salvataġġ li twettqu mill-Forzi Armati ta’ Malta f’dawn l-aħħar sigħat, u jappellaw għal spirtu ta’ solidarjetà mill-pajjiżi kollha tal-Ewropa biex dawk il-persuni li għadhom bejn sema u ilma jingħatalhom port ta’ kenn.

    ✠ Charles J. Scicluna                                                        ✠ Mario Grech

        Arċisqof ta’ Malta                                                               Isqof ta’ Għawdex

                                                     

    ✠ Joseph Galea‑Curmi

        Isqof Awżiljarju ta’ Malta

     

  • Agħfas hawn biex taqra l-aħħar stqarrija tal-Isqfijiet b’appell għal solidarjetà konkreta…
  • Kompli aqra »

Appell għal solidarjetà konkreta

Stqarrija tal-Isqfijiet ta' Malta u Ghawdex

  • F’dawn il‑jiem ta’ festi meta faċilment inkunu aljenati, inħossuna fid‑dover li ntennu l‑appell li għamilna f’Ġunju li għadda biex il‑mexxejja ta’ pajjiżna, flimkien ma’ dawk tal‑Unjoni Ewropea, joffru soluzzjonijiet konkreti għall‑fenomenu tal‑immigrazzjoni fil‑Baħar Mediterran.

    L‑iżviluppi ta’ dawn il‑jiem dwar il‑persuni li kienu abbord il‑bastiment Open Arms u dawk li issa huma abbord il‑bastiment Sea Watch 3 joffru stedina lil Malta u lill‑pajjiżi Ewropej għal solidarjetà konkreta…

  • Kompli aqra »

L-Isqfijiet Maltin jifirħu lill-Isqof-elett ta’ Darwin fl-Awstralja

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna, l‑Isqof Mario Grech u l‑Isqof Awżiljarji‑elett Joseph Galea-Curmi jifirħu lil Rev. Charles Victor Emmanuel Gauci, għall‑ħatra mill‑Papa Franġisku ta’ Isqof tad‑Djoċesi ta’ Darwin fl‑Awstralja. L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex jingħaqdu fit‑talb għall‑Isqof‑elett biex il‑Mulej jagħtih l‑għajnuna f’din il‑missjoni ġdida tiegħu.

    Rev. Charles Victor Emmanuel Gauci twieled f’Malta fil‑31 ta’ Marzu 1952 u flimkien mal‑ġenituri tiegħu emigra l‑Awstralja fl‑età ta’ 12‑il sena…

  • Kompli aqra »

Stqarrija mill-Isqfijiet Maltin dwar il-każ tal-vapur Lifeline

  • Aħna l‑Isqfijiet segwejna l‑ħidma diplomatika li wettaq b’suċċess il‑Gvern Malti fil‑jiem li għaddew biex tinstab soluzzjoni għall‑234 immigrant li jinsabu fuq il‑vapur Lifeline.

    Napprezzaw id‑deċiżjoni tal‑Gvern li jagħti permess lil dan il‑vapur biex jidħol f’Malta. Nifhmu li din ma kinitx ħidma ħafifa imma kien essenzjali li jsir dak kollu meħtieġ biex niggarantixxu li kull ħajja tiġi salvata. Minkejja ċ‑ċokon tagħna għal darba oħra pajjiżna għamel ġest kbir li nittamaw li pajjiżi wisq akbar minna jimitaw…

  • Kompli aqra »