L‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex jawguraw kull ġid u barka lill‑Prim Ministru l‑ġdid ta’ Malta, l‑Onorevoli Dr Robert Abela, filwaqt li jawguraw ukoll li l‑ħidma u l‑koperazzjoni bejn il‑Knisja u l‑Istat ikomplu fi spirtu ta’ rispett tal‑awtonomija reċiproka u fi spirtu ta’ kollaborazzjoni għall-ġid komuni.

L-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Joseph Galea-Curmi jagħmlu appell lill‑Insara kollha f’pajjiżna biex jitolbu għal dawn l‑intenzjonijiet.