Matul ix‑xahar ta’ Frar, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑ġranet:

Il-Ħamis 1 ta’ Frar, lejlet Jum il‑Ħajja Kkonsagrata, fis‑6pm, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa għar‑reliġjużi kollha fil‑Knisja Arċipretali ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi.

Is‑Sibt 3 ta’ Frar, fis‑6pm, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑bidu tal‑ħidma pastorali ta’ Dun Aayrton Muscat bħala kappillan tal‑Parroċċa ta’ Kristu Rxoxt f’Pembroke.

Il‑Ħadd 4 ta’ Frar, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesa tal‑ħames Ħadd matul is‑sena mill‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann tas‑Salib f’Ta’ Xbiex. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u RTK 103.

Is‑Sibt 10 ta’ Frar, fid‑8:45am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa li tfakkar in‑nawfraġju ta’ San Pawl mill‑Kappella ta’ San Pawl tal‑Ħġejjeġ f’San Pawl il‑Baħar, fis‑solennità ta’ San Pawl, Patrun ta’ Malta. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Ħadd 11 ta’ Frar, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesa mill‑Knisja Parrokkjali ta’ San Franġisk fil‑Qawra. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u RTK 103.

L‑Erbgħa 14 ta’ Frar, l‑Erbgħa tal‑Irmied, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa bir‑rit tat‑tberik u t‑tqegħid tal‑irmied mill‑Knisja tal‑Immakulata Kunċizzjoni (Sarria) fil‑Furjana. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Ħadd 18 ta’ Frar, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesa tal‑ewwel Ħadd tar‑Randan mill‑Knisja Arċipretali ta’ San Nikola fis‑Siġġiewi. F’din il‑quddiesa il‑katekumeni adulti li jixtiequ jirċievu s‑sagramenti tal‑Bidu tal‑ħajja Nisranija fil‑Vġili tal‑Għid, jintlaqgħu minn Mons. Arċisqof u jiktbu isimhom fil‑ktieb tal‑katekumeni. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u RTK 103. Fl‑4:15pm imexxi l‑pellegrinaġġ penitenzjali ta’ Ħadd in‑Nies fit‑toroq ta’ Ħaż‑Żabbar li jintemm b’quddiesa fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Grazzja.

Il‑Ġimgħa 23 ta’ Frar, fil‑5pm, Mons. Arċisqof imexxi traslazzjoni u l‑ewwel għasar fil‑Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu fil‑Belt Valletta, f’lejlet il‑festa trasferita ta’ San Pawl Nawfragu.

Is‑Sibt 24 ta’ Frar, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesa pontifikali fil‑Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu fil‑Belt Valletta, f’jum il‑festa trasferita ta’ San Pawl Nawfragu.

Il‑Ħadd 25 ta’ Frar, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra l‑quddiesa tat‑tieni Ħadd tar‑Randan mill‑Knisja Arċipretali ta’ San Lawrenz fil‑Birgu. Din tixxandar fuq TVM, knisja.mt, Newsbook.com.mt u RTK 103.