-
‘Courtyard Dialogues’
-
Serje ta’ djalogi fuq żewġ okkażjonijiet bejn żgħażagħ u persuni ta’ influenza dwar kwistjonijiet ta’ fidi, ħajja u temi li jmissu magħhom. L-ewwel ‘Courtyard Dialogue’, nhar it-Tlieta 29 ta’ April 2014, se jiffoka fuq “Tfittxija għal skop fil-ħajja”. It-tieni djalogu, it-Tlieta 6 ta’ Mejju, se jiddiskuti “L-irwol tal-Knsija fis-soċjetà”. Iż-żewġ serati se jittellgħu fil-bitħa ta’ Palazzo de la Salle, il-Belt bejn 7:30pm u 9:00pm.
Kull djalogu, erba’ kelliema differenti se jaqsmu l-ħsibijiet differenti u kuntrastanti tagħhom dwar it-tema partikolari. L-udjenza, imbagħad, se jkollha l-opportunità tintervjeni b’domandi u kummenti. Il-mistiedna jġibu magħhom varjetà ta’ esperjenza u perspettiva: il-kantant Gianluca Bezzina; id-direttur ta’ Victims Support Malta, Dr Roberta Lepre; l-artist Chris Ebejer; ir-riċerkatur u kritiku soċjali, Dr Clive Zammit; id-direttur ta’ Drachma, Christopher Vella; l-esploratriċi, Abigail Borg; l-Arċisqof Pawlu Cremona; u l-Isqof Charles Scicluna.
‘The Courtyard Dialogues’ huma eżerċizzju ta’ komunikazzjoni oriżżontali li jilqgħu b’mod speċjali liż-żgħażagħ fi tfittxija personali. L-inizzjattiva qiegħda tiġi organiżżata b’kollaborazzjoni bejn il-blog zuntier.com, il-komunità FaithAlive, u l-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ. Reġistrazzjoni hija mħeġġa minħabba li l-postijiet huma limitati. Iktar dettalji jinstabu fuq www.kdz.org.mt.