Financial Markets

Dokument tal-Vatikan appella għall-ħolqien gradwali ta’ awtorita politika dinjija b’poter wiesgħa biex tirregola s-swieq finanzjarji u tirrenja fl-inugwaljanzi u t-tfixkil fl-izvilupp kapitalista”. Id-dokument jgħid li l-krizi finanzjarja globali kurrenti qed turi “l-egoizmu kollettiv”. Zied li awtorita iktar minn nazzjonali hi meħtieġa sabiex il-ġid komuni jitpoġġa fil-qalba tal-attivita ekonomika internazzjonali.

It-test ta’ 41 paġna iġorr it-titlu “Toward Reforming the International Financial and Monetary Systems in the Context of Global Public Authority” jew “Lejn Riforma tas-Sistemi Finanzjarji u Monetarji Internazzjonali fil-Kuntest tal-Awtorita Pubblika Globali”. Imħejji mill-Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi, u maħruġ it-Tnejn f’diversi lingwi, inkluz l-Ingliz, id-dokument jislet siltiet mit-tagħlim ta’ Papiet fl-aħħar 40 sena, meta tkellmu dwar il-ħtieġa ta’ awtorita pubblika universali li tmur lil hinn mill-interess nazzjonali ta’ pajjiz wieħed.

Id-dokument tal-Vatikan kompla li “l-krizi ekonomika kurrenti, li rat il-qasma bejn l-għonja u l-fqar tkompli tikber, tissottolinea il-ħtieġa ta’ azzjoni konkreta lejn it-twaqqif ta’ tali awtorita. Pass importanti huwa r-riforma tas-sistema monetarja internazzjonali b’mod li tibda tinkorpora lill-pajjizi li qed jizviluppaw”.

Id-dokument temm jgħid li l-Fond Monterju Internazzjonali tilef l-abilita li jikkontrolla l-ammont ta’ riskju ta’ kreditu fis-sistema u għalhekk meħtieġ it-twaqqif ta’ ‘bank dinji ċentralizzat’ li jirregola l-iskambju monetarju.