'. . . barra mill-Etika morali individwali, tajjeb li tingħata dejjem iktar enfasi fuq l-etika soċjali.' – Dr. Ugo Mifsud Bonnici

L-iskandli fit-tmexxija ta’ ċerti banek importanti fl-Istati Uniti u fir-Renju Unit għandhom jiftħu għajnejn dawk li għandhom fiduċja żejda fil-mod kif jaħdmu s-swieq.

Inkixef li altru milli l-forzi tas-suq jiffissaw il-prezzijiet b’mod awtomatiku kif jitolbu d-domanda u l-offerta, kien hemm manipulazzjoni sfaċċata. Ċerti banek fl-Istati Uniti rinomati mad-dinja kollha kienu, erba’ snin ilu, ipprovokaw l-ewwel theżżiża fis-sistema ekonomika mondjali, minħabba l-kilba żejda għall-profitti.

F’ħafna pajjiżi (imma mhux f’Malta), banek li kienu sejrin ifallu kellhom jitolbu l-għajnuna tal-gvernijiet. Sadanittant, il-mexxejja tagħhom komplew idaħħlu fi bwiethom bonusijiet xejn mistħoqqa b’ċifri favolużi.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com