• **

    Direttur:        Dave Green
    Atturi:            Teo Halm, Astro, Reese C. Hartwig, Ella Wahlestedt
    Ħin:                91 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura:  PG
    Klassifika tal-Knisja:      PG
     
    Tlett adolixxenti li joqgħodu fl-istess housing estate u ilhom ħbieb minn dejjem, Alex, Tuck, u Munch, iridu jqattgħu l-aħħar lejl flimkien għax l-għada d-djar tagħhom se jitwaqqgħu biex tinbena triq u għalhekk se jinfirdu minn xulxin. Billi dan l-aħħar kienu qed jiġru ħwejjeġ strambi lil mobile phones tagħhom  jiddeċiedu li dak il-lejl imorru fid-deżert qrib fejn joqgħodu biex jinvestigaw x’kien qed ifixkel il-mobiles tagħhom.  Meta jaslu fid-deżert isibu li l-kawża ta’ dawk l-interruzzjonijiet kien aljeni żgħir li kien spiċċa ferut wara li kkraxxja u li kien qed jipprova jmur  lura lejn il-vettura spazjali tiegħu. Hu aljeni ħelu u ġentili ħafna iżda b’ħiliet straordinarji u l-adolixxenti jagħtuh l-isem ta’ Echo. Bl-għajnuna Emma, li kienet fl-istess klassi tagħhom u li tingħaqad magħhom jgħinuh biex isib il-vettura spazjali tiegħu bl-aġenti federali jiġru warajhom għax ikunu jridu lil Echo għall-iskopijiet tagħhom.
     
    Film ta’ fantaxjenza u avventura. Ma tantx fih storja oriġinali u jfakkrek f’ ‘ET’ u films oħra simili. Il-film magħmul minn ‘footage’ li l-adolixxenti jiġbdu b’camera fuq l-idejn li tiċċaqlaq ħafna. Fih messaġġ pożittiv dwar il-lejalta’ u l-fiduċja. Fih xi kliem goff. It-tfal għandhom ikunu akkumpanjati mill-ġenituri.