• ***

    Diretturi:       Jeremy Degruson, Ben Stassen
    Atturi:            Cinda Adams, Edward Asher, Emily Blunt, George Babbit
    Ħin:                85 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura:  U
    Klassifika tal-Knisja:      PG
     
    Thunder, qattus żgħir li jkun qed ifittex kenn minn tempesta wara li  jiġi abbandunat mis-sidien tiegħu, isib ruħu fl-iktar dar stramba li wieħed jista’ jimmaġina. Din id-dar hija ta’ magician xih u hi mimlija b’għadd ta’ annimali li jitkellmu u ġugarelli mekkaniċi ta’ l-għaġeb.  Mhux kullħadd jieħu gost b’Thunder, u Jack Rabbit kif ukoll Maggie Mouse jikkomplottaw bejniethom biex iqaċċtuh il-barra. Is-sitwazzjoni għal Thunder issir aktar prekarja meta l-magician jispiċċa l-isptar wara inċident u neputih, li moħħu f’li jara kif se jsir sinjur minn fuq dahar zijuh, jagħraf li issa hu ċ-ċans li jiddobba somma flus kbira bill jbiegħ id-dar ta’ zijuh. Thunder iżda, hu determinat li jakkwista d-dritt li jibqa’ f’dik id-dar, u għalhekk jitlob l-għajnuna ta’ xi wħud mill-annimali u ġugarelli l-oħra biex jipproteġi d-dar maġika ġdida tiegħu.
     
    Film t’avventura u fantasija  u animazzjoni, fi 3D.  Film Belġjan, interessanti u pjaċevoli. Il-film juri l-valur tas-solidarjeta’ u li bil-ġentilezza wieħed kapaċi jirbah lil għedewwa tiegħu. Fih xeni ta’ vjolenza, li bit-3D jidhru aktar minaċċjużi. Nissuġġerixxu li t-tfal ikunu akkumpanjati mil-ġenituri.