• ***

    Direttur:        Ben Falcone
    Atturi:            Melissa McCarthy, Susan Sarandon, Kathy Bates, Dan Aykroyd
    Ħin:                96 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura:  15
    Klassifika tal-Knisja:      18
     
    Wara li Tammy titkeċċa mix-xogħol tagħha f’fast food restaurant, tinduna li żewġha Greg kien qed jaqbilhilha ma’ seħbitha Missi. Tammy titilqu u tmur għand ommha u tgħidilha li se titlaq għal vjaġġ għal għonq it-triq lejn in-Niagara Falls biex tipprova tagħmel sens minn ħajjitha. Ommha ma tkunx interessata li tmur magħha iżda n-nanna Pearl mall-ewwel taċċetta li tmur magħha u toffrilha l-Cadillac tagħha u somma flus għal dan il-vjaġġ. Matul il-vjaġġ Pearl, li hi alkoħolika, moħħa fli tisker u li  jkollha relazzjoni ma anzjan fuq tiegħu, Earl. Tammy, minn naħa tagħha, tipprova tibda ħbiberija mat-tifel ta’ Earl, Bobby. Tammy u nannietha jkollhom diversi inċidenti, fosthom serqa minn fast food outlet. Fl-aħħar jiġu salvati minn Lenore, il-kuġina ta’ Pearl, li tkun lesbjana. Iżda Tammy xorta waħda tiġi arrestata mill-pulizzija talli tkun ħarqet l-karozza u jet ski.
     
    Film kummiedja, iżda li ftit idaħħaq. Tammy tibda bħala mara stupida u ma tagħmel l-ebda progress imma tibqa’ hekk, il-ħin kollu tagħmel għażliet ħżiena u tagħmel kummenti bla sens. In-nanna Pearl mhix aħjar, moħħha fix-xorb u ma tlissen ebda kliem ta’ għaqal. Fih kliem u mossi ħżiena u doppju sens u xeni skabrużi. Jgħodd għal udjenza adulta.