‘It-Triq, il-Verità u l-Ħajja: l-akkumpanjament spiritwali’ huma eżerċizzi spiritwali maħsuba għall-persuni separati mmexxija minn Dun Marco Portelli.

Huma eżerċizzi spiritwali li joffru t-tama u jqawwu l-fidi fit-triq tal-ħajja mimlija sfidi. Jimxu lejn verità iktar sħiħa tal-istorja ta’ ħajjitna, b’dak li nafu sal-lum u dak li nsibu fil-ħajja ta’ kuljum. F’akkumpanjament spiritwali u bl-esperjenzi ta’ xulxin, naslu ma’ Kristu li jridna ferħanin u nħarsu ‘l quddiem b’kuraġġ.

‘It-Triq, il-Verità u l-Ħajja: l-akkumpanjament spiritwali’ se jsiru bejn l-20 u l-24 ta’ Marzu 2023 mis-6:30pm sas-7:30pm fil-Kurja tal-Arċisqof. Dħul minn: 5, Triq l-Iljun, il-Furjana.