L-Isqfijiet Kattolici fi Spanja qed jappellaw lill-membri tal-Knisja sabiex jinghaqdu fi protesta kontra l-legislazzjoni tal-abort li tkun tippermetti tfajliet mill-eta ta’ 16-il sena li jwaqqfu hesrem it-tqala taghhom minghajr il-kunsens tal-genituri.
“Din il-ligi tkun pass sew lura, specjalment fid-difiza tad-dritt tal-hajja ta’ dawk mhux imwielda. Tfisser abbandun ikbar tal-ommijiet tqal u hsara irreparabbli ghall-gid komuni”, qalet il-Kummissjoni Permanent ital-Isqfijiet fi stqarrija.
L-Isqfijiet issuktaw li “l-lajci qed jirrispondu ghall-isfida prezentata b’kuxjenza socjali u morali billi jezercitaw id-dritt taghhom li jinghaqdu f’dimostrazzjoni pacifikabiex jesprimu l-oppozizzjoni taghhom.
L-istqarrija harget waqt li ghaddejjin preparamenti ghal dimostrazzjoni tal-massa fis-17 ta’ dan ix-xahar t’Ottubru f’Madrid, bi protesta ghal-liberalizzazzjoni pjanata fil-ligijiet tal-abort. Il-bidliet hawnhekk kienu bdew mill-Prim Ministru Socjalista Jose Luis Rodriguez Zapatero.
L-istqarrija tal-Isqfijiet qalet li l-protesta li mistennija tattira s-sehem ta’ aktar minn miljun persuna, “hi wahda meqjusa gustifikata u f’postha”.