Il-Knisja f’Malta ppublikat d-dokument għal konsultazzjoni pubblika ‘Nirrestawraw il-Festi Flimkien’. Dan id-dokument li ġie ppreżentat lill-Kulleġġ tal-Kappillani u lill-media mill-Arċisqof Pawlu Cremona, jista jitniżżel billi tagħfas hawn. Bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni, il-pubbliku jista jibgħat il-kummenti tiegħu fuq l-email: [email protected] jew bil-posta:

Konsultazzjoni Festi, Kurja tal-Arċisqof, PO Box 29, Valletta VLT 1000