Iċ-ċelebrazzjonijiet li se jsiru fil-Katidral tal-Imdina fl-okkażjoni tal-Festa Liturġika tal-Konverzjoni ta’ San Pawl se jibdew is-Sibt, 22 ta’ Jannar. Fil-5.45 p.m. issir it-Translazzjoni tal-Relikwija ta’ San Pawl. Fis-6.00 p.m. tibda Quddiesa bl-Ewwel Għasar Pontifikali. Jippresiedi l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.

Il-Ħadd, 23 ta’ Jannar, fit-8.55 a.m, jitkanta t-Talb ta’ Sbieħ il-Jum. Fid-9.30 a.m, tibda Quddiesa Pontifikali Konċelebrata, preseduta mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.

Il-programm fil-Katidral ikompli fil-5.00 p.m. bit-Tieni Għasar Kantat, Repożizzjoni tar-Relikwija ta’ San Pawl u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Fis-6.00 p.m. tibda Quddiesa.