Il-Ħadd 17 ta’ Jannar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP, iċċelebra quddiesa f’Ħal Tarxien bħala ftuħ taż-żjara Pastorali tiegħu f’dan ir-raħal. Fl-omelija li għamel, l-Arċisqof tkellem dwar it-tifsira wara din il-viżta Pastorali u fiehem li kif timplika t-tifsira tal-kelma; ir-rgħaj jżur lill-merħla tiegħu biex jieħu ħsiebhom. L-Arċisqof enfasizza dwar l-importanza li jkun hemm l-unita’ fil-Komunita’, din tgħin billi tagħti s-saħħa meħtieġa biex taffaċċja kull forma ta’ ħażen li jista’ jinqala’. L-Arċisqof tkellem ukoll dwar l-importanza li kull Parroċċa jkolla il-kummisjonijiet tagħha. Dawn għandhom ikunu xhieda ta’ dawk l-istess karatteristiċi li jsaħħu Komunita’.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.

Għal programm sħiħ taż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof f’Ħal Tarxien AGĦFAS HAWN.