Nhar is-Sibt, 13 ta’ Frar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa fil-Parroċċa tal-Qawra fil-ftuħ taż-|jara Pastorali tiegħu f’din il-Parroċċa. Fl-omelija, l-Arċisqof tkellem dwar l-importanza ta’ l-Evanġelizazzjoni, kemm għalina bħala individwi f’komunita’ Nisranija, kif ukoll għall-bqija tal-komunita’.  L-Arċisqof emfasizza li kull wieħed għandu d-dmir li jxerred il-Kelma ta’ Alla lil oħrajn biex b’hekk kulħadd ikollu l-opportunita’ li jesperjenza l-imħabba u t-tama li persuna jkollha f’qalba meta tkun f’kuntatt ma’ Alla. Għal programm sħiħ taż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-Qawra AGĦFAS HAWN.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.