-
-
Mil-lum il-Ġimgħa, 18 ta’ Jannar 2019, l-Insara kollha madwar id-dinja huma mħeġġa jingħaqdu flimkien biex jiċċelebraw il‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara, li tintemm nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Jannar 2019. Matul din il‑ġimgħa l‑Knejjes Insara differenti jingħaqdu għal talb ekumeniku, bit‑tema għal din is‑sena tkun “Għandek tfittex il-ġustizzja, u l-ġustizzja biss” (Dewt. 16:20).
Għal din l‑okkażjoni, nhar il‑Ġimgħa li ġej, fis‑6:30 p.m., ser jiġi ċċelebrat servizz ekumeniku fil-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta. L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jippresiedi dan is-servizz ekumeniku djoċesan. Ir-riflessjoni biblika se ssir mill-Kanonku Simon Godfrey, il-Kanċillier tal-Pro Katidral Anglikan ta’ San Pawl, il-Belt Valletta. Is-servizz ekumeniku ser ikun animat mill-kor Joy Gospel. Kulħadd huwa mistieden jattendi.
Agħfas hawn biex taqra r-riflessjonijiet tal-Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara 2019.