Nhar Ħadd il-Palm (Marzu 24, 2013), il-Knisja madwar id-dinja tagħti ġieh lill-fidi taż-żgħażagħ; dedikazzjoni speċjali mibdija minn Papa Ġwanni Pawlu II fl-1983. Id-djoċesi tagħna tiċċelebra wkoll din il-Ġurnata taż-Żgħażagħ.

Arċisqof Pawl Cremona jistieden liż-żgħażagħ kollha għal quddiesa ġewwa l-Knisja ta’ santa Marija ta’ Bubaqra, ż-Żurrieq – 7:15pm.

L-okkażżjoni qed tittella’ mill-Parroċċa taż-Żurrieq u organiżżata mit-tim liturġiku tal-quddiesa żagħżugħa ta’ Santa Marija ta’ Bubaqra. Il-Ġurnata taż-Żgħażagħ f’Malta hija kkordinata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ. http://bit.ly/PalmSunday13.