Nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu 2013, il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat, iltaqa’ mal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. fil-Kurja tal-Arċisqof. Il-laqgħa bdiet fil-11.10 a.m.

Fil-laqgħa il-Prim Ministru iltaqa’ wkoll mal-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, Mons. Charles J. Scicluna. Il-laqgħa saret f’forma privata u kif intemmet, il-Prim Ministru u l-Arċisqof taw il- kummenti tagħhom lill-media.

Ir-ritratti juru wkoll lill-Prim Ministru jiffirma l-ktieb tal-viżitaturi fl-uffiċċju tal-Arċisqof, u l-preżentazzjoni ta’ ikona mogħtija bħala rigal mill-Isqfijiet lil Dr Joseph Muscat, fl-okkażjoni ta’ l-ewwel żjara uffiċċjali tiegħu bħala Prim Ministru.

Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]