Il-motto kardinalizju tiegħu, Gaudium et Spes, jiġifieri l-hena u t-tama, ifisser ħajtu kollha. Il-Qaddej ta’ Alla, il-Kardinal Vjetnamita, François Xavier Nguyen van Thuân, għadda parti sostanzjali minn ħajtu mħabbat minn inġustizzji kbar imma, fl-istess ħin, imħarreġ fit-tliet virtujiet teologali tal-fidi, it-tama u l-imħabba. Minħabba l-vanġelu kien lest li jbati kull xorta ta’ tbatija speċjalment il-ġuħ u l-mibegħda li jġib miegħu l-fatt li tkun priġunier.

Il-Kardinal kien vittma innoċenti tar-reġim Komunista fil-Vjetnam li żammu maqful għal tlettax-il sena sħaħ f’iżolament strett mingħajr qatt ħadd ma akkużah fuq xi ħaġa ħażina li seta’ wettaq. L-iskuża għal din il-priġunerija qarrieqa kienet sempliċiment għaliex kien meqjus bħala “perikoluż”. Madankollu, Van Thuân emmen bis-sħiħ li l-Mulej kien ħejja pjan apposta għalih f’dik il-ħajja krudili. Ittama kontra kull tama filwaqt li ħabb bi mħabba kbira lill-persekuturi tiegħu sal-aħħar. Interessanti ngħidu li wħud minn dawk stess li ħaqruh tant ġew misjuqa minn imħabbtu li sfaw ikkonvertiti minnu lejn il-Mulej Ġesù!

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com