Nhar it‑Tnejn, l‑1 ta’ Novembru 2021, fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser jiċċelebra quddiesa fil‑festa tal‑Qaddisin Kollha, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Waqt il‑quddiesa żewġ seminaristi fil‑ħames sena ta’ preparazzjoni fis‑Seminarju, ser jitolbu lill‑Arċisqof biex jaċċettahom uffiċjalment bħala kandidati għall‑Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali. Din il‑quddiesa se tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

It‑Tlieta, 2 ta’ Novembru, fid‑9:30 a.m., fit‑Tifkira tal‑Mejtin Kollha, l‑Arċisqof ser jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja taċ‑Ċimiterju tal‑Erwieħ, Ħal Tarxien. L‑Insara huma mistiedna jitolbu wkoll għall‑erwieħ kollha li marru qabilna bis‑sinjal tal‑fidi u bit‑tama tal‑qawmien mill‑imwiet, biex bil‑ħniena ta’ Alla jitnaddfu minn kull dnub. Din il‑quddiesa se tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

L‑Insara kollha huma mħeġġa jattendu għall-quddies filwaqt li jibqgħu jiġu mħarsa l‑miżuri għall‑ħarsien tas‑saħħa.