sexual abuse

Konferenza fl-Universita Gregorjana Pontifiċja fi Frar u ġabra elettroinka ta’ informazzjoni bl-aqwa prattiċi u b’riżultati ta’ riċerka, huma żewġ mezzi oħra li l-Knisja qed toffri biex issaħħaħ ir-riżorsi tagħha fil-ġlieda globali kontra l-abbuż sesswali.

Il-Konferenza, li se ssir bejn is-6 u t-8 ta’ Frar 2012, se tiffoka fuq it-tema “Toward Healing and Renewal” – Lejn fejqan u tiġdid. Dettalji dwarha tħabbru f’konferenza fil-jiem li għaddew.

Madwar 200 parteċipant se janalizzaw l-aspetti pastorali, ġuridiċi u psikoloġiċi tal-abbuż.Il-programm se jservi bħala għajnuna lill-Konferenzi Episkopali madwar id-dinja,li kienu mitluba biex sa Mejju 2012 jissottomettu l-Vatikan il-linjigwida tagħhom dwar il-mod kif jitrattaw każi ta’ abbuż sesswali.

Se jieħu sehem ukoll il-Prefett tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, il-Kardinal William Levada. Parteċipanti oħra jinkludu lill-Professur fil-Psikjatrija fl-Universita ta’ San Ġorġ f’Londra u membru indipendenti tal-House of Lords, Sheila Hollins,li akkumpanjat lill-Kardinal Cormack Murphy O’Connor fuq żjara appostolika fl-Irlanda. Se jipparteċipaw ukoll Mons Steve Rosetti, li ħoloq il-programm ta’ trattament residenzjali għall-kjeriċi u r-reliġjużi u Fr Edenio Valle, li ħoloq programm simili f’São Paulo, fil-Brażil.