In-natura tal-Ministeru huwa t-titolu tal-laqgħa ta’ djalogu li sa jsir nhar il-Ħamis, 23 ta’ Ġunju, 2011. Christians Together in Malta (Malta Ecumenical Council) jistiednu lil kulħadd jattendi. Il-laqgħa sa ssir bejn is-6-7 p.m., f’St.Andrew’s House, Triq l-Ifran, il-Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden jaqsam il-veduti tiegħu. Persuni minn denominazzjonijiet nsara differenti jista jkollhom fehmiet l-istess jew differenti fuq is-suġġett.