L-Arċisqof ta’ Lima ħabbar Konferenza Ewkaristika u Marjana biex tiċċelebra s-Sena ddedikata lis-Saċerdoti u l-vokazzjoni ewkaristika fis-saċerdozju. Il-Kardinal Juan Luis Cipriani Thorne, Arċisqof ta’ Lima, ħabbar l-avveniment għad-29 ta’ Mejju li ġej, li mistenni jtul sas-6 ta’ Ġunju. Huwa tkellem dwar din il-konferenza fil-kuntest tal-missjoni kontinentali imsejħa fl-2007 f’Aperecida.

“Qaddisin magħqudin fl-imħabba ma’ Kristu, xhieda ta’ Kristu, huma meħtieġa”, qal il-Kardinal waqt li ta l-aħbar. Huwa eżorta lis-saċerdoti kollha tal-Arċidjoċesi sabiex jippjanaw għall-attivitajiet tal-Konferenza, sabiex il-gruppi pastorali jieħdu sehem b’fervur ewkaristiku.

Il-Konferenza se tkun tinkludi proċessjoni Marjana, laqgħa tal-familja, ġimgħa ewkaristika fil-parroċċa, simposju teoloġiku u laqgħat mal-oqsma tan-negozju u l-kultura.

LIMA, Peru, (Zenit.org)