Għeżież ħuti!
Jiena grat għall-kelmiet li għamilli f’isimkom Mons. Scicluna. Imma hu jien li rrid ngħidilkom: Grazzi!
Nixtieq nesprimi l-ħajr tiegħi lejn is-Sur President tar-Repubblika u lejn l-Awtoritajiet, lejn ħuti l-Isqfijiet, lejkom, għeżież saċerdoti, reliġjużi rġiel u nisa, u lejn iċ-ċittadini u l-fidili kollha ta’ Malta u Għawdex għall-merħba u l-imħabba li rċivejt. Illejla, wara li niltaqa’ ma’ bosta aħwa migranti, diġà jkun wasalli l-ħin li nirritorna Ruma, imma se nġorr miegħi ħafna mumenti u kelmiet minn dawn il-ġranet. Fuq kollox se ngħożż f’qalbi tant uċuħ, u l-wiċċ imdawwal ta’ Malta!
Komplu b’din il-katina ta’ qdusija li wasslet lil tant Maltin biex b’ħeġġa jagħtu ruħhom għal Alla u għall-oħrajn. Jiġini f’moħħi Dun Ġorġ Preca
Grazzi wkoll lil dawk li ħadmu għal din iż-żjara u nixtieq insellem minn qalbi lil ħutna ta’ bosta denominazzjonijiet Insara u reliġjonijiet li ltqajt magħhom f’dawn il-jiem. Lilkom kollha nitlobkom titolbu għalija; u jien se nitlob għalikom. Nitolbu għal xulxin!
F’dawn il-gżejjer tista’ tħoss is-sens tal-Poplu ta’ Alla. Ibqgħu mexjin hekk, u ftakru li l-fidi tikber fil-ferħ u titqawwa fl-għotja għall-oħrajn. Komplu b’din il-katina ta’ qdusija li wasslet lil tant Maltin biex b’ħeġġa jagħtu ruħhom għal Alla u għall-oħrajn. Jiġini f’moħħi Dun Ġorġ Preca, ikkanonizzat 15-il sena ilu.
Naħsbu fit-traġedja umanitarja fl-art tal-Ukrajna mifnija mill-gwerra, li għadha taħt il-bombi. Ejjew ma nehdew qatt nitolbu u ngħinu lil min qed ibati.
U fl-aħħar nett nixtieq ngħid kelma liż-żgħażagħ, li huma l-ġejjieni tagħkom. Għeżież ħbieb, naqsam magħkom l-isbaħ ħaġa fil-ħajja. Tafu liema hi? Hu l-ferħ li jkollu min jingħata fl-imħabba, li tagħmilna ħielsa. Imma dan il-ferħ għandu isem: Ġesù. Nawguralkom dan il-ġmiel li ssiru tħobbu lil Ġesù. Alla tal-ħniena, li jemmen fikom, joħlom magħkom, iħobb il-ħajja tagħkom u qatt mhu se jqarraq bikom.
Il-Mulej ikun magħkom u l-Madonna tindukrakom. Nitolbuha issa għall-paċi, aħna u naħsbu fit-traġedja umanitarja fl-art tal-Ukrajna mifnija mill-gwerra, li għadha taħt il-bombi. Ejjew ma nehdew qatt nitolbu u ngħinu lil min qed ibati.
Il-paċi magħkom!
Clicca qui per leggere l’Angelus in italiano.