L‑Arċisqof Charles Scicluna jinsab fil‑Perù biex iwettaq missjoni fdata lilu mill‑Papa Franġisku.
Matul iż‑żjara tiegħu, l‑Arċisqof, li jservi wkoll bħala Segretarju Aġġunt fid‑Dikasteru għad‑Duttrina tal‑Fidi, se jmexxi numru ta’ laqgħat privati. Hu mhuwiex f’pożizzjoni li jikkummenta jew iwieġeb mistoqsijiet relatati ma’ din il‑missjoni.
L‑Arċisqof Scicluna mistenni jirritorna Malta l‑ġimgħa d‑dieħla.