Il-Papa Benedittu XVI qal li ma jaqbilx li minħabba dawk in-nies li jħaddnu reliġjonijiet differenti jew minħabba dawk li ma jħaddnu l-ebda twemmin, jitneħħew il-festi jew is-simboli reliġjużi fil-pubbliku.

Fid-diskors tiegħu lir-rappreżentanti tal-Korp Diplomatiku fi ħdan is-Santa Sede, il-Papa spjega li dan iġib miegħu esklużjoni tar-reliġjon mill-Kristjaneżmu.  Kompla billi rrefera għal dawn l-użanzi u simboli reliġjużi bħala parti essenzjali mill-kultura u l-identità ta’ ċertu pajjiżi.

Il-Papa enfasizza wkoll it-tolleranza lejn reliġjonijiet oħra.  Huwa talab lill-pajjiżi tal-Lvant Nofsani biex iħallu lil Insara jgħixu fil-libertà u f’sigurtà.  Fakkar fit-traġedja li saret f’Lixandra fl-Eġittu fl-Ewwel ta’ Jannar li għadda meta karozza bomba tpoġġiet quddiem knisja u qatlet 21 persuna.  Benedittu XVI irrimarka li l-fidi  m’għandhiex tkun kaġun ta’ ġlied u kunflitti.  Il-Knisja, spejga l-Papa, mhux qed tfittex privileġġi iżda qed titlob għal aktar libertà biex tkun tista’ taqdi l-missjoni tagħha.