“F’jum San Stiefnu, aħna msejħin inħarsu lejn l-Iben t’Alla, u bħal San Stiefnu, djaknu u l-ewwel martri tal-Knisja, “ninfetħu għad-dawl li jmexxina fil-ħajja tagħna”. Dan qalu l-Papa Benedittu XVI fir-riflessjonijiet tiegħu l-għada tal-Milied, jum li jikkommemora l-ewwel martri tal-Knisja, San Stiefnu.
Iżid li “fil-Magħmudija u l-Griżma tal-Isqof, bid-doni prezzjużi tal-fidi sostnuti mis-Sagramenti tal-Knisja, partikolarment l-Ewkaristija, Ġesu Kristu żammna miegħu u permezz tal-Ispirtu s-Santu irid ikompli fina l-ħidma salvivika li tkun għalina l-fidwa u li twassalna għall-qofol. Li nħallu lilna nfusna ninġibdu lejn Kristu, bħal San Stiefnu, ifisser li ninfetħu għad-dawl li jiddereġina fit-triq tas-sewwa, it-triq tal-umanita skont il-pjan tal-imħabba t’Alla”.
Finalment, “San Stiefnu huwa mudell għal dawk kollha li jridu jaqdu l-missjoni ta’ evanġelizzazzjoni l-ġdida”.