F’Konferenza tal-Aħbarijiet, il-Kumitat Organizzattiv Nazzjonali u dak Interdjoċesan taw dettalji dwar il-Programm taż-Żjara tal-Papa u l-lokalitajiet li ser jgħaddi minnhom matul l-istess żjara. Il-Konferenza tal-Aħbarijiet kienet indirizzata mis-Sur Charles Bonello, Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv Nazzjonali u minn Mons. Charles Cordina, Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv Interdjoċesan.
Il-lokalitajiet li minnhom ser jgħaddi il-Papa, li f’uhud minnhom hemm aktar minn parroċċa waħda, huma dawn:
Is-Sibt, 17 ta’ April, 2010
17:45 – Il-Papa jħalli l-Ajruport fi triqtu lejn il-Belt Valletta:
MIA – Gudja, Luqa, Marsa, Blata l-Bajda, Floriana, Valletta
19:15 – Il-Papa jħalli l-Palazz tal-President fi triqtu lejn il-Grotta ta’ San Pawl, Rabat:
Valletta, Floriana, Pieta, Msida, Gzira, Sliema, San Giljan, San Ġwann, Naxxar, Mosta, Rabat
19:45 – Il-Papa jħalli l-Grotta ta’ San Pawl fi triqtu lejn in-Nunzjatura, Rabat:
Rabat
Il-Ħadd, 18 ta’ April, 2010
09:15 – Il-Papa jħalli n-Nunzjatura Appostolika fi triqtu lejn il-Fosos tal-Furjana:
Rabat, Attard, Balzan, Birkirkara, Fleur de Lys, Santa Venera, Hamrun, Blata l-Bajda, Floriana
12:20 – Il-Papa jħalli l-Fosos tal-Furjana fi triqtu lejn in-Nunzjatura, Rabat:
Floriana, Marsa, Mriehel Bypass, Attard, Rabat
16.15 – Il-Papa jħalli n-Nunzjatura Appostolika fi triqtu lejn il-Kalkara:
Rabat, Zebbug, Qormi, Marsa, Paola, Fgura, Bormla, Birgu, Kalkara
18:15 – Il-Papa jħalli l-Valletta Waterfront fi triqtu lejn l-Ajruport:
Valletta, Floriana, Blata l-Bajda, Marsa, Tal-Barrani, Ghaxaq, Gudja
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]
Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.