Edizzjoni Standard u Kompatta

L-Għaqda Biblika Maltija tixtieq tavża li l-Ħames Edizzjoni tal-Bibbja bil-Malti riveduta skont l-aħħar studji mill-Biblisti Maltin, tinsab għall-bejgħ. Il-Bibbja, li għandha sservi ta’ gwida għall-formazzjoni ta’ kull Nisrani, qed tiġi ppublikata fis-60 anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda Biblika Maltija.

Din il-ħames edizzjoni ġiet stampata fi tliet formati differenti: edizzjoni standard (€38), edizzjoni kompatta (€30) u edizzjoni speċjali (€45). Dawn jistgħu jinxtraw mill-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u t-3:30pm, bl-eċċezjoni tal-Ħamis. L-edizzjoni standard u dik kompatta huma disponibbli wkoll mill-librara/distributuri ewlenin tal-kotba.  

Edizzjoni Speċjali