L-Isqfijiet tal-Irlanda se jilqgħu r-relikwiji ta’ San Ġwann Marija Vianney lejn l-Irlanda. Dan qabel ma tintemm is-sena ddedikata lis-saċerdoti.
San Ġwann Vianney huwa l-padrun tas-saċerdoti fil-parroċċi u huwa l-mudell propost mill-Papa Benedittu XVI fit-tħabbira tas-sena speċjali ddedikata lis-saċerdozju. Is-sena ddedikata lis-saċerdozju tingħalaq mill-Papa bejn id-9 u l-11 ta’ Ġunju.
Ir-relikwiji tal-qaddis Franċiż se jkunu fl-Irlanda bejn il-25 u d-29 t’April. Kull ġurnata f’dawn l-erbat ijiem se jkollha tema partikolari.
F’Cork, fil-25 t’April, it-tema se tkun “Il-Vokazzjonijiet Saċerdotali”. L-għada f’Dublin, it-tema se tkun “Il-ħidma soċjali tal-Kurat t’Ars”. Fis-27 t’April f’Knock it-tema tiffoka fuq “Is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni”. F’Armagh fl-aħħar mill-erbat ijiem, it-tema tkun “L-Ewkaristija u t-tmexxija Pastorali”.