L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali flimkien mas-Segretrajat għall-Katekeżi u l-KDŻ, għall-ewwel darba fil-qasam tal-pastorali mal-Adolexxenti u Żgħażagħ qed jorganizza ġurnata rtir għall-Operaturi Pastorali kollha bil-għan li huma, qabel ma jerġgħu jibdew is-Sena Pastorali jkollhom opportunita’ ta’ tiġdid spiritwali personali liema tiġdid ikun ukoll ta’ benefiċċju għall-ħidma pastorali tagħhom.
Dan l-irtir ser isir nhar is-Sibt, 3 ta’ Settembru 2011, il-Lunzjata Rabat, mid-9.15a.m. – 6.00p.m. Il-prezz huwa ta €20.00.
Kappillani, Retturi ta’ Knejjes, Saċerdoti Żgħażagħ, Superjuri Maġġuri ta’ Ħajja Kkonsagrata, Diretturi ta’ Għaqdiet, Movimenti, Soċjetajiet, Operaturi Pastorali tal-Adolexxenti/Żgħażagħ fiċ-ċentri tal-Parrocci, Għalliema tar-Reliġjon, u Żgħażagħ 18+ huma kollha mistiednin.
Min hu interessat li jattendi, flimkien mal-applikazzjoni jibgħatt ċekk ta’ €20.00, indirizzat lill-KDŻ, 492/3, Triq il-Kbira San Ġużepp, Sta. Venera, SVR 1014. Data ta’ l-Għeluq: Mhux aktar tard mis-27 ta’ Awwissu 2011.
Għall-aktar dettalji ċemplu lil Fr. Marco Portelli fuq 21484506 u/jew Sr. Alexandra Chircop fuq 22039408/21223949 jew żuru s-sit tal-KDŻ: www.kdz.org.mt u/jew tas-Segretarjat għall-Katekezi: www.katekezi.org.mt