UĊUĦ fuq NET TV nhar il-Ġimgħa  26 t’Awwissu fid-9.32pm

UĊUĦ permezz ta’ Marthese Brincat li tippreżenta, din il-ġimgħa, aktar minn diskussjoni fuq argument, ser titkellem ma’ persuni li b’kuraġġ u diterminazzjoni, għamlu żewġ affarijiet kbar ħafna għal għan filantropiku.

Dawn  għamluha bl’iskop li jiġbru fondi għall-entitajiet differenti.  Turija ta’ Solidarjeta’.

Xi jġiegħel bniedem jagħmel xi ħaġa daqshekk kbira, li għaliha jkun irid iħejji ruħu minn ħafna xhur qabel?  U għaliex jagħmilha biex jgħin lil ħaddieħor, meta jista’ jagħmilha għall-glorja tiegħu biss? U għaliex jagħmilha meta jkun jaf li tista’ tkun ta’ ħsara għalih ukoll, u ma jafx jekk hux ser jiġi lura qawwi u sħiħ?  Kif tbiddel il-ħajja ta’ bniedem avventura bħal din?

Feature miktub minn Fr Peter Serracino Inglott, janalizza dan il-fenomenu u Alfred Mallia jikteb il-play fejn permezz ta’ atturi, joħloq diskussjoni biex il-programm ikun aktar interessanti u naraw lenti oħra ta’ dak li jkun qed jiġi diskuss.

UĊUĦ huwa produzzjoni ta’ CAM Productions international taħt id-direzzjoni ta’ Fr. Louis Mallia mssp.