Dan id-DVD jikkonċentra fuq it-tifsira tal-frażi ‘Kristu huwa l-Ħaruf t’Alla’. Tony Mahoney għamel riċerka fit-Testment il-Qadim u t-Testment il-Ġdid  dwar dan is-suġġett bl-għajnuna ta’ bosta kotba siewja u wara niseġ kollox b’riżultat ta DVD sabiħ u ċar.

Għenu f’din il-produzzjoni: Joe Gatt li ħareġ bl-ideja oriġinali ta’ katekeżi fil-qosor qabel il-Quddiesa; Tony Mahoney, għall-kitba, għall-għażla tal-mużika u għall-qari; Peter Gatt, għall-għażla bir-reqqa ta’stampi u grafika li jaqblu mat-test, mingħajr ma jtellfu mill-attenzjoni ta’ l-ispjegazzjoni; Patrick Spiteri għall-fotografija artistika tal-partijiet tal-Quddiesa; Marika Gatt, li kienet responsabbli għar-rikording, u għall-paċenzja u d-dedikazzjoni biex tat l-aħħar daqqa t’għajn professjonali, u Kurt Mahoney għax-xogħol tal-LightScribing.

Kull min hu nteressat li jakkwista kopja mitlub iċempel:

Joe Gatt, 21317860 / Tony Mahoney, 21313527