Is-Santa Sede issottolineat diversi kisbiet fil-ħidma bil-għan li jsir diżarm globali, fl-istess waqt li appellat lill-Ġnus Maqgħuda sabiex tieħu nota ta’ diversi kwistjonijiet.

L-Arċisqof Celestino Migliore, osservatur permanenti tas-Santa Sede għall-Ġnus Maqgħuda, afferma dan f’indirizz li kien qed jagħmel lill-ewwel kumitat tal-64 sessjoni tal-assemblea ġenerali. Huwa ssottolinea l-aspettattivi ta’ dawk li “qed isofru minħabba kunflitti armati u vjolenza, li jħarsu lejn il-Ġnus Maqgħuda għal riżultati tanġibbli u konvinċenti bit-tama li d-dinja kulma jmur tinħeles mill-armi nukleari”.

L-Arċisqof Migliore afferma l-ħtieġa ta’ kontrolli stretti fuq negozju ta’ armi, li llum iktar minn qatt qabel hu parti minn ċirku vizzjuż ta’ swieq illegali li qed joħolqu ħsara kbira lill-umanita”. Huwa kompla jinnota li s-sena li għaddiet, minkejja “l-kriżi ekonomika akuta, l-ispiża militari żdiedet b’4% u telgħet għal total ta’ biljun u kważi ħames miljun dollaru  Amerikan”.

Temm jgħid li d-dinja qed tosserva mill-qrib hekk kif għaddejjin iżjed diskussjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ diżarm. Kompla li “l-irwol ewlieni tal-mekkaniżmu ta’ diżarm jikkonsisti fit-tnaqqis tal-ispiża militari, speċifikaqment  permezz tal-kontroll tal-armi u d-diżarm, bil-għan li l-komunita internazzjonali tista’ progressivament tasal f’punt fejn is-sens ta’ sigurta ikun ħieles mill-użu tal-armi.

L-Arċisqof qal li mod wieħed kif jinkiseb dan, hu permezz tal-multilateraliżmu. Fi kliemu, “jeżistu sinjali pożittivi li d-diżarm sejjer lura fuq l-aġenda multilaterali”.