Russia flag

L-Arċisqof Antonio Mennini, sa issa ir-rappreżentant tal-Papa għall-Federazzjoni Russa, se jkun l-ewwel Nunzju Appostoliku tas-Santa Sede għar-Russja.

L-Arċisqof ippreżenta l-ittri tal-kredenzjali tiegħu lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Sergej Lavrov fil-15 ta’ Lulju f’ċerimonja segwita minn laqgħa mill-iktar kordjali skont kif irrappurtata mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan.

F’Diċembru li għadda, il-Papa Benedittu XVI u l-President Russu Dmitry Medvedev qablu li jtejbu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat għal relazzjonijiet diplomatiċi sħaħ, li jippermetti li l-livell ta’ rappreżentazzjoni tiftaħ il-bieb għal Nunzju Appostoliku u Ambaxxata. Iż-żewġ naħat żammew din ir-rappreżentazzjoni lil hinn minn dan l-istadju aħħari sa mill-1990.

Fl-indirizz lin-Nunzju l-ġdid, Alexander Krusko, Viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin, ta ħarsa lejn l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ naħat u qal li kienu karatterizzati minn spirtu ta’ kollaborazzjoni. Krusko assigura lill-Arċisqof Mennini, f’isem il-President Russu, li se jsib iktar kollaborazzjoni, partikolarment fi żmien karatterizzat minn għadd ta’ sfidi morali u etiċi.

L-Arċisqof, f’isem il-Papa, wassal it-tislijiet mis-Santa Sede u assigura iktar kollaborazzjoni lejn rinfurzar tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat lejn iktar żvilupp morali u spiritwali tal-poplu Russu.