Wara l-mewt tal-Kurunell Moammar Gaddafi fil-Libja, is-Santa Sede ħarġet stqarrija li fiha ddikjarat li “l-aħbar tal-mewt ta’ Gaddafi ġġib fi tmiemha fazi traġika ta’ ġlieda brutali biex jitwaqqa’ r-reġim oppressiv ta’ Gaddafi. Dan kollu jressaq quddiemna l-obbligu għal riflessjoni dwar it-tbatija umana u l-kollass ta’ kwalunkwe sistema ta’ tmexxija li ma tkunx ibbazata fuq ir-rispett u d-dinjita umana, imma biss il-kilba għall-poter. Hu ttamat issa li l-awtoritajiet fil-Libja jfittxu li jimpenjaw irwieħhom fi sforzi għall-paċi u binja mill-ġdid ta’ spirtu ta’ solidarjeta. Jalla li l-komunita internazzjonali tkun impenjata bis-sħiħ li tgħin fil-proċess ta’ bini mill-ġdid ta’ dal-pajjiz. Min-naħa tagħha, il-komunita kattolika ċkejkna fil-pajjiz se tkompli toffri toffri x-xhieda u s-servizz lill-poplu. Is-Santa Sede se tgħin lill-poplu Libjan b’kull mezz possibbli fir-relazzjonijiet internazzjonali bi spirtu ta’ promozzjoni ta’ ġustizzja u paċi.

“F’dar-rigward, hu importanti li wieħed izomm f’moħħu li hi prattika li meta s-Santa Sede tistabbilixxi relazzjonijiet diplomatiċi, dan tagħmlu ma’ Stat u mhux ma’ Gvern. Għal dan il-għan is-Santa Sede ma għaddietx biex tirrikonoxxi formalment il-Kunsill Nazzjonali Transitorju Libjan bħala l-Gvern tal-Libja. Madankollu, is-Santa Sede tikkunsidrah bħala r-rapprezentant legali tal-poplu Libjan, f’konformita mal-liġi internazzjonali.

“ Is-Santa Sede diġa hi f’kuntatt mal-awtoritajiet ġodda fil-Libja. Dan permezz ta’ kuntatt mis-Segretarjat tal-Istat mal-Ambaxxata Libjana għas-Santa Sede. Dan wara l-iviluppi politiċi kollha li seħħew fil-Libja riċentament.

“Riċentament, in-Nunzju Appostoliku għal-Libja, ibbazat f’Malta, Mons Tommaso Caputo, zar Tripli u ltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Kunsill Transitorju Libjan, Mahmoud Jibril, kif ukoll mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin. Waqt dawn il-laqgħat kienet affermata l-importanza għar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn is-Santa Sede u l-Libja. L-awtoritajiet Libjani esprimew ukoll apprezzament għall-appelli tal-Papa għall-għajnuna umanitarja u l-isforzi tal-Knisja”.