“Meta l-Kattoliċi u l-Lhud isiru jafu lil xulxin, hemm it-tendenza li jaraw lil xulxin bħala ħbieb ġenwini li għandhom valuri u interessi komuni”. Dan qalu r-Rabbi David Rosen fl-Assemblea Speċjali tal-Lvant Nofsani fis-Sinodu tal-Isqfijiet, fejn kien mistieden speċjali. L-Assemblea ta’ ġimgħatejn qed tfittex sfidi diversi iffaċjati mill-Knejjes fir-reġjun.

Minbarra Rosen, li huwa Konsulent għall-Uffiċċju tar-Rabbi ewlieni ta’ Israel u Direttur għad-Dipartiment tal-Affarijiet Inter-reliġjużi tal-Kumitat Lhudi Amerikan, is-Sinodu stieden ukoll żewġ rappreżentanti mill-Islam.

“Ir-relazzjoni bejn il-Knisja Kattolika u l-poplu Lhudi hi barka fiż-żminijiet tal-lum”, kompla Posen li fisser il-ħtieġa ta’ iktar żmien biex ikun jista’ jitfejjaq l-antagoniżmu bejn iż-żewġ naħat.

Kompla li maż-żmien kien irreġistrat progress f’xi pajjiżi fir-relazzjonijiet bejn il-Lhud u l-Kattoliċi u anki progress fil-perċezzjoni dinjija fost il-komunitajiet Lhud lejn il-Knisja Kattolika fl-Istati Uniti. Ir-rabbi lmenta għan-nuqqas ta’ interess fil-Ġudaiżmu f’xi pajjiżi fil-maġġoranza tagħhom kattoliċi.

Saret ukoll referenza għad-dokument fundamentali tal-Konċilju Vatikan II, “Nostra Aetate”, dwar ir-relazzjonijiet ma’ reliġjonijiet oħra, u dokumenti oħra tal-Knisja li huma relevanti.

VATICAN CITY, OCT. 13, 2010 (Zenit.org)