Il-Kurja tal-Arċisqof tixtieq tavża li b’effett mil-lum, it-Tlieta, 27 ta’ Lulju 2010, id-direttivi temporanji dwar it-Tqarbin Ewkaristiku huma revokati. Dawn kienu daħlu fis-seħħ f’Lulju tas-sena l-oħra minħabba każijiet ta’ Influwenza kawżata mill-virus A-H1N1. Din id-deċizjoni ttieħdet wara li l-Kurja ġiet infurmata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li f’pajjiżna m’hawnx aktar każijiet ta’ Influwenza kawżata mill-virus A-H1N1, u li huma wkoll ftit il-każijiet bħal dawn li jidhru fl-Ewropa.